Hekk kif il-pandemija tal-COVID-19 tissokta, m’hemm ebda dubju li rridu nkunu lesti  biex niffaċċjaw triq twila ‘l quddiem, ċertament lil hinn minn tmiem is-sena d-dieħla. Il-fatt jibqa’ li vaċċin huwa l-unika mezz veritier kontra dan il-virus. 

Wieħed jittama li naraw riżultati ħerġin mill-ewwel vaċċini  wara li jkunu saru diversi testijiet  kliniċi fuqhom. Madankollu, irridu nkunu kawti dwar dan il-vaċċin li jkun soluzzjoni sħiħa u immedjata. L-ewwel vaċċini x’aktarx li ma jkunux perfetti u hawnhekk irridu nkunu prattiċi fuq dan il-front.  

Imma permezz ta’ dawn il-vaċċini se nkunu qed nagħmlu l-ewwel passi biex nirritornaw għal sens ta’  normalità. Jista’ jkun li l-ewwel ġenerazzjoni ta’ vaċċini kontra l-COVID-19 probabbilment ikunu biss effettivi parzjalment. Jistgħu ma jkunux  kompletament effettivi fuq l-etajiet kollhaHuwa possibbli li l-vaċċini jipprovdu l-immunità biss għal perijodu limitat ta’ żmien. 

Il-ħeffa fl-iżvilupp tal-vaċċin m’għandux ifisser li nikkompromettu s-sigurtà tagħna Aktar importanti minn hekk, l-aċċess ġust għall-vaċċin għandu jkun indirizzat. L-ewwel għandu jilħaq gruppi ta’ prijorità, partikularment il-ħaddiema frontliners fil-kura tas-saħħa u dawk l-aktar  vulnerabbli. 

Hekk kif it-temp jibda jaqleb bil-modse naraw żieda fit-trasmissjoni tal-virus fil-komunità. Mingħajr azzjoni urġenti biex titwaqqaf iż-żieda fit-trasmissjoni fil-komunità ta’ bħalissa, li twassal għal trasmissjoni fl-isptarijiet u fil-ħarsien soċjali b’riżultat li jkollna mard serju u mwiet f’persuni vulnerabbli, se nkunu qed niffaċċjaw tħarbit fl-iskejjel, fil-postijiet tax-xogħol u fin-negozji. 

Irridu nagħmlu dak kollu possibbli biex nevitaw dan. L-ewwel vaċċin jista’ ma jibgħatniex lura għan-normalità f’temp ta’ xhur. Madankollu, jekk jingħataw dożi bil-għaqal lil dawk in-nies li l-aktar jeħtiġuhom, inkunu f’qagħda b’saħħitha li nevitaw ripetizzjoni ta’ seba’ xhur ilu.