Il-unions huma wkoll protagonisti fit-tisħiħ tal-protezzjoni tad-data
It-trade unions huma fost dawk l-organizzazzjonijiet li jridu jirregolarizzaw policies dwar il-protezzjoni tad-data qabel ma tidħol fis-seħħ il-General Protection of Data Regulation (GPDR) madwar l-Unjoni Ewropea fil-25 ta’ Mejju 2018.
Il-policies dwar il-protezzjoni tad-data għandhom jassiguraw li l-informazzjoni kollha tkun provduta b’tali mod li tkun faċli biex tintużaha u aċċessibbli faċilment.
Il-GDPR tal-Unjoni Ewropea se jissostitwixxu l-liġijiet kollha dwar il-protezzjoni tad-data tal-istati membri tal-UE. Ir-regolament, li hi sinifikanti u wiesgħa fl-ambitu tagħha, se tkun qed timmodernizza l-mod kif inħarsu lejn il-ħarsien tad-data. Il-GDPR se jkun qed jespandi d-drittijiet tal-individwi sabiex jikkontrollaw il-mod kif tinġabar u tkun ipproċessata l-informazzjoni personali tagħhom. Ir-regolament ipoġġi firxa ta’ obbligi fuq l-organizzazzjonijiet, fosthom it-trade unions, sabiex jkunu responsabbli fil-protezzjoni tad-data.
Il-konformita’ mar-regolament titlob li wieħed jimxi mal-prinċipji tal-protezzjoni tad-data. Din tinvolvi lil dak li jkun sabiex ikun jaf x’inhuma r-riskji marbutin mal-protezzjoni tad-data, l-assigurazzjoni li policies u proċeduri adatti jkunu f’posthom sabiex ikunu trattati l-prinċipji tat-trasparenza u l-kontabbilta’, kif ukoll id-drittijiet tal-individwi u l-ħolqien ta’ kultura fil-post tax-xogħol dwar il-privatezza u s-sigurta’ tad-data.
Jekk ikun hemm qafas xieraq ta’ konformita’, organizzazzjoni mhux biss tista’ tevita multi kbar u danni lir-reputazzjoni tagħha, imma tista’ tkun kapaċi turi lil klijenti tagħha kemm hi responsbabli u taspira fiduċja filwaqt li tikseb valur miżjud mid-data li tħaddan.