L-infrastruttura u s-servizzi diġitali huma vulnerabbli għar-riskju dejjem jikber ta’ reati permezz tal-internet u attakki  fuq l-internet li qed jheddu l-prosperita’ u l-kwalita’ tal-ħajja tal-Ewropa. Il-livell tal-problema jirrikjedi rispons madwar l-Ewropa. L-aħħar ċifri juru li theddid diġitali qed jevolvu b’rata  mgħaġġla: attakki bl-użu ta’ software malizzjuż żdiedu bi 300 fil-mija mill-2015.  Skont diversi studji, l-impatt ekonomiku tal-kriminalita’ fuq l-internet għola b’ħames darbiet fil-perijodu ta’ bejn l-2013 u l-2017, u jista’ jogħla b’erba’ darbiet sal-2019. 

Fid-dawl tax-xenarju dinamiku ta’ theddid li qed jevolvi u t-tisħiħ tal-analiżi tal-istrateġija Ewropea dwar is-sigurta’ fuq l-internet, il-Kummissjoni Ewropea f’Settembru 2017 addottat pakkett dwar is-sigurta’ fuq  l-internet. Il-pakkett jibni fuq l-istrumenti eżistenti u jippreżenta inizjattivi ġodda sabiex ir-reżistenza tas-sigurta’ fuq l-internet tissaħħaħ iżjed u jirrispondi sabiex il-konsumatur ikun imħares aħjar kontra attakki permezz tal-internet. Dan sabiex l-aġenzija Ewropea dwar  is-sigurta’ fuq l-internet (ENISA) tingħata rwol aktar  b’saħħtu biex tipprevjeni u tiġġieled is-serq  tal-identita’ u l-frodi fuq l-internet kif ukoll tistabbilixxi skema effettiva Ewropea ta’ ċertifikazzjoni għal servizzi u prodotti fuq l-internet f’tentattiv sabiex il-fiduċja tal-konsumatur tissaħħaħ. 

Dawn il-miżuri se jassiguraw li l-Unjoni Ewropea tkun imħejjija aħjar sabiex tħabbat wiċċha ma’ sfidi dwar is-sigurta’ fuq l-internet li qegħdin jiżdiedu. 

Agħfas hawn dwar tagħrif fuq is-sigurta’ ta’ l-internet 

Agħfas hawn dwar proposta tas-sigurta’ ta’ l-internet