Dan l-aħħar xi esperti insistew li l-uniku triq biex jonqos it-traffiku f’Malta hu li jiddaħħlu taxxi ġodda fuq il-karozzi, il-parkeġġ ikun kullimkien bi ħlas u li jogħla l-fuel. Madankollu l-UHM Voice of the Workers temmen li hemm soluzzjonijiet oħra li jistgħu itaffu l-problema mingħajr ma jkunu mposti taxxi ġodda li fl-aħħar mill-aħħar se jolqtu liż-żgħir u lil dawk bi dħul baxx.