Il-MEUSAC u l-EUPA jorganizzaw fiera informattiva u workshops
Fil-ġimgħat li għaddew, il-MEUSAC, Europe Direct Valletta u l-Aġenzija tal-Programmi tal-Unjoni Ewropea (EUPA) organizzaw fiera informattiva u workshops tematiċi marbutin mal-iffinanzjar ta’ Erasmus + kif ukoll mal-Korp Ewropew tas-Solidarjeta’.
L-avveniment, li pprovda tagħrif fuq il-fergħat finanzjarji, inkluda preżentazzjonijiet segwiti b’żewġ sessjonijiet ta’ workshops u fiera informattiva li wriet il-proġetti tal-applikanti li għamlu suċċess.
Il-workshops iffokaw fuq diversi temi ta’ Erasmus +, fosthom l-Edukazzjoni għall-Adulti u t-Taħriġ Vokazzjonali u l-Edukazzjoni, iż-Żgħażagħ, l-Edukazzjoni fl-Iskola, l-Isport u l-Korp Ewropew tas-Solidarjeta’.
Qabel l-avveniment, Mandy Falzon, Direttur ta’ MEUSAC u Joseph Schembri, Kap Eżekuttiv ta’ EUPA, indirizzaw lil dawk preżenti.