Bl-iniżjattiva biex ikun hemm livell għoli ta’ xogħol, l-Unjoni Ewropea ilha tiġġieled kontra l-qgħad għal ħafna żmien sa mill-bidu tal-Ħamsinijiet. 

Il-ġlieda kontra l-qgħad twasslet sal-quċċata tal-aġenda Ewropea mal-bidu tal-kriżi finanzjarja u ekonomika tal-2008, u biż-żieda tar-rati dwar il-qgħad fl-istati membri kollha tal-Unjoni Ewropea. 

Fl-istrateġija tagħha Ewropa 2020, il-Kummissjoni Ewropea għamlet tir li ġġib 75 fil-mija ta’ persuni minn 20 sena sa 64 sena fis-suq tax-xogħol sal-2020. Il-kundizzjonijiet tas-suq tax-xogħol fl-UE marru għall-aħjar b’mod sinifikanti f’dawn l-aħħar snin, u ħafna  indikaturi dwar  is-suq tax-xogħol issaħħew b’mod kostanti. 

Sa minn nofs l-2013, ir-rata tal-qgħad kompliet tinżel, u l-UE ġiet lura għal-livell ta’ qabel il-kriżi (6.8 fil-mija f’Lulju 2018). Minkejja l-irkupru fit-tkabbir ekonomiku u l-impatt pożittiv  tiegħu fuq  is-suq tax-xogħol, l-UE għadha qed taffaċċja sfidi fil-qgħad, partikularment f’dak li għandu x’jaqsam mad-differenzi bejn l-istati membri, il-qgħad fost iż-żgħażagħ u l-qgħad għal perijodu fit-tul. 

Mill-2014 sal-lum, saru sforzi f’diversi oqsma, inkluż għajnuna liż-żgħażagħ biex jidħlu fis-suq tax-xogħol, il-ġlieda kontra  l-qgħad fit-tul, it-tisħiħ fil-ħiliet u l-assistenza fil-mobbilta’ tal-ħaddiema fl-Unjoni Ewropea. It-tisħiħ fl-indikaturi tas-suq tax-xogħol ġie rifless fl-evalwazzjoni mtejjba taċ-ċittadini dwar l-involviment tal-UE fil-ġlieda kontra l-qgħad,  imma għad hemm talba kbira għal iżjed intervent Ewropew f’dan il-qasam (76  fil-mija taċ-ċittadini Ewropej). 

Fil-futur, leġislazzjoni ġdida  jew aġġornata relatata max-xogħol tista’ timmodernizza x-xogħol għad-dinja diġitali, tappoġġja transizzjonijiet sostenibbli mill-qgħad għax-xogħol u bejn impjieg u ieħor, iżżid fil-mobbilta’ tax-xogħol u toħloq koordinazzjoni mill-qrib bejn policies ekonomiċi u soċjali.