Il-Kummissjoni tilqa’ ftehim bejn l-istati membri tal-UE dwar dokumenti important għal Ewropa aktar soċjali
Fil-ġimgħat li għaddew, l-istati membri tal-UE laħqu ftehim fuq tliet dokumenti leġislattivi li huma kruċjali biex tinbena Ewropa soċjali aktar b’saħħitha: ir-reviżjoni tar-regolamenti li jiggvernaw il-koordinazzjoni tas-sigurta’ soċjali, direttiva ġdida dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja u direttiva dwar kundizzjonijiet tax-xogħol trasparenti u prevedibbli.
Marianne Thyssen, il-Kummissarju għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali, il-Ħiliet u l-Mobbilta’ tax-Xogħol qalet: “Il-Kunsill laħaq ftehim fuq tliet proposti tal-Kummissjoni sabiex iċ-ċittadini Ewropej ikunu protetti f’dinja ta’ realtajiet soċjali u ekonomiċi li qed jinbidlu, pari passu mal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. Dawn id-dokumenti se jagħmlu differenza reali f’ħajjet iċ-ċittadini. Il-Kunsill mhux biss ikkonferma uffiċjalment il-ftehim dwar ir-regolamenti tat-trasferiment tal-istazzjonar tal-ħaddiema, u assigura l-istess ħlas għall-istess xogħol fl-istess post tax-xogħol, imma wkoll qabel dwar ir-reviżjoni tar-regolamenti ta’ koordinazzjoni dwar is-sigurta’ soċjali. Dan se joħloq aktar ġustizzja u ċarezza għal ħaddiema li jiċċaqilqu minn post għal ieħor u għall-awtoritajiet tal-istati membri. Biss, fuq id-direttiva dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol trasparenti u prevedibbli, kien kont enfasizzajt għal atteġġjament aktar ambizzjuż. Bil-proposta tagħna ridna nassiguraw li f’dinja tax-xogħol dejjem mgħaġġla, il-ħaddiema kollha huma mħarsa bid-drittijiet bażiċi. Dan il-ftehim jista’ biss ikun l-ewwel pass u jien se naħdem għal kompromess bilanċjat fin-negozjati li ġejjin mal-Parlament Ewropew. L-istess japplika għall-bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja, fejn fl-aħħar mill-aħħar qed nittama li nistgħu nistabbilixxu bidla ċara għal diversi koppji u familji li jħabbtu wiċċhom mal-isfida ta’ kuljum li jgħaqqdu x-xogħol mal-ħajja tal-familja.”
Vera Jourova, il-Kummissarju għall-Ġustizzja, il-Konsumatur u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi, żiedet: “Il-proposta għal direttiva dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja tieħu direzzjoni bilanċjata u raġonevoli sabiex tippromwovi għażliet reali għal ġenituri u carers dwar kif huma jridu jgħaqqdu x-xogħol tagħhom mal-ħajja fil-familja. Nittama li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill issa jmexxu dan il-file importanti ‘l quddiem u jiġu għal kompromess li jġib titjib konkret għall-Ewropej, inkluż li jindirizzaw in-nuqqas ta’ rappreżentazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol.”