Il-ftehim bejn l-UE u r-Renju Unit fuq kummerċ u kooperazzjoni
Il-Ftehim bejn l-UE u r-Renju Unit, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’Jannar, 2021, jistabbilixxi arranġamenti preferenzjali bejn iż-żewġ partijiet f’oqsma bħall-kummerċ ta’ oġġetti u f’servizzi, kummerċ diġitali u proprjetà intellettwali. Setturi oħra koperti mill-ftehim huma l-akkwist pubbliku, l-avjazzjoni u t-trasport bit-triq, l-enerġija, is-sajd, il-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali, l-infurzar tal-liġi u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, il-kooperazzjoni tematika u l-parteċipazzjoni fil-programmi tal-UE.
Il-ftehim imur lil hinn mill-ftehim tradizzjonali ta’ kummerċ ħieles, iżda mhux se jkun fl-istess livell ta’ integrazzjoni ekonomika li kien jeżisti meta r-Renju Unit kien Stat Membru tal-UE. Ir-Renju Unit ma jibqax jibbenefika minn aċċess għas-suq uniku tal-UE u l-Unjoni Doganali, jew mill-policies tal-UE u ftehimiet internazzjonali.
Il-ftehim ta’ kummerċ u kooperazzjoni UE-Renju Unit jikkonsisti minn:
• Ftehim ta’ kummerċ ħieles, b’kooperazzjoni ambizzjuża dwar kwistjonijiet ekonomiċi, soċjali, ambjentali u tas-sajd;
• sħubija mill-qrib dwar is-sigurtà taċ-ċittadini;
• qafas ta’ governanza ġenerali.
Oqsma li mhumiex parti mill-ftehim huma l-politika barranija, il-kooperazzjoni esterna fis-sigurtà u d-difiża, is-servizzi finanzjarji, il-leġiżlazzjoni li tirregola l-protezzjoni tad-data, jew il-leġiżlazzjoni li tirregola s-saħħa tal-bniedem, tal-pjanti u tal-annimali, peress li r-Renju Unit ma riedx jinnegozja dwar dawn il-kwistjonijiet.
Il-ftehim sħiħ jinstab hawn.