Id-demografija hija importanti. L-ekonomija, is-suq tax-xogħol, il-kura tas-saħħa. Il-pensjonijiet, l-ambjent, l-ekwita’ bejn  ġenerazzjoni u oħra u r-riżultati elettorali – dawn ilkoll huma mmexxija mid-demografija. L-Unjoni Ewropea rat il-popolazzjoni tagħha tikber b’mod sostanzjali – b’madwar kwart mill-1960 – u bħalissa tgħodd aktar minn nofs miljun persuna. 

Madankollu, il-popolazzjoni dinjija kibret b’mod  mgħaġġel, aktar mid-doppju fuq l-istess perijodu ta’ żmien u llum laħqet kważi 7.4 biljun persuna. Filwaqt li l-popolazzjoni Ewropea issa qed tikber bil-mod u mistennija tonqos fiż-żmien  li ġej, il-popolazzjoni dinjija tibqa’ tikber b’mod b’saħħtu. Tabilħaqq, huwa kkalkulat li din  taqbeż l-10 biljun persuna fl-2055. 

Minkejja li t-tkabbir tagħha mistennija tmajna, huwa mbassar li l-popolazzjoni dinjija madankollu tkun aktar  minn 11-il biljun persuna fl-2100. Allura, l-UE tirrapreżenta proporzjon dejjem jinxtorob tal-popolazzjoni dinjija, jiġifieri 6.9 fil-mija llum (‘l isfel minn 13.5 fl-1960) u huwa pproġettat li tinżel aktar sa biss 4.1 fil-mija sal-aħħar ta’ dan is-seklu. Komuni ma’ partijiet żviluppati oħrajn tad-dinja, il-popolazzjoni dinjija wkoll qed tixjieħ, hekk kif in-nies qed ikomplu jgħixu, u r-rati tal-fertilita’ naqsu meta mqabblin mal-passat. Fuq livell Ewropew, kemm in-nisa kif ukoll l-irġiel raw l-għajxien medju tagħhom jiżdied b’aktar minn 10 snin bejn il-bidu tas-snin 60 u llum, għalkemm, bħala  medja,  in-nisa jibqgħu jgħixu iżjed mill-irġiel. 

Sadattant, in-numri tat-tfal li qed jitwieldu niżlu mill-medja Ewropea ta’ madwar 2.5 ulied kull mara fl-1960, sa ftit taħt il-1.6 illum. Dan hu ferm ‘il isfel mit-2.1 twelidiet kull mara li huma kunsidrati neċessarji f’pajjiżi żviluppati sabiex il-popolazzjon tinżamm għal perijodu fit-tul, fin-nuqqas tal-migrazzjoni. 

Tabilħaqq, il-migrazzjoni saret importanti ħafna biex il-popolazzjoni Ewropea tespandi. Kemm fl-2015 u fl-2017, il-bidla fil-popolazzjoni dinjija kienet ftit jew xejn negattiva, u l-migrazzjoni netta interna allura kienet kruċjali għat-tkabbir fil-popolazzjoni matul dak iż-żmien. Meta tgħaqqadhom flimkien, dawn  ix-xejriet irriżultaw f’popolazzjoni Ewropea li qed tixjieħ, u li l-popolazzjoni tagħha li taħdem (bejn l-eta’ ta’ 15-il sena u 64 sena) inxtorbot għall-ewwel darba fl-2010 u mistennija li tonqos kull sena sal-2060. 

Il-moviment ħieles, kif ukoll il-migrazzjoni esterna, wkoll għandhom rwol, kemm fid-daqs tal-popolazzjoni u l-profil tal-etajiet tal-pajjiżi, u r-reġjuni fi ħdanhom. Is-sistemi tal-pensjonijiet qed jintlaqtu mill-bidla demografika; riformi nazzjonali qed jenfasizzaw dwar is-sostenibbiltà ta’ sistemi tal-pensjoni  minħabba popolazzjonijiet li qed jixjieħu. 

Madankollu, it-tħassib jibqa’ dwar l-adekwatezza tal-pensjonijiet għal ċertu  gruppi, inkluż uħud min-nisa u pensjonanti avvanzati fl-età, partikularment is-sitwazzjoni tal-pensjonanti ta’ għada. Għal dawn tal-aħħar, ħafna jiddependi fuq is-suċċess tal-isforzi biex jinkoraġġixxu ħajja ta’ xogħol fit-tul, li tibbilanċja ħajja itfal fuq din  l-art.