‘Għid tiegħek dwar l-Ewropa’ – Konsultazzjonijiet ma’ Ċittadini Ewropej Industriji Innovattivi
It-tielet minn serje ta’ sessjonijiet ta’ konsultazzjoni ma’ ċittadini Ewropej, ‘Għid tiegħek dwar l-Ewropa’, se tkun qed tiffoka fuq il-futur tal-industrija f’Malta fi ħdan l-Unjoni Ewropea. Rappreżentanti ta’ setturi differenti tal-industrija lokali huma mħeġġa li jattendu sabiex isemmgħu l-opinjonijiet u t-tħassib tagħhom dwar id-diversi sfidi li jiltaqgħu magħhom, bħalma huma: l-iżvilupp u l-isfidi ta’ swieq ġodda; ir-rwol tal-innovazzjoni fl-addattament għal teknoloġiji ġodda; l-isfidi u l-problemi affaċċjati mill-SMEs; it-tisħiħ tal-intrapriża permezz tal-ekonomija soċjali, u; il-futur tal-industrija tal-UE fl-ekonomija dinjija.
Is-sessjoni ta’ konsultazzjoni se ssir fl-MCAST, Paola fit-12 ta’ Settembru u tibda fis-6 p.m.
Sabiex tirreġistra għall-avveniment, agħfas hawn.