Għid tiegħek dwar il-Futur tal-Ewropa
Jum l-Ewropa, iċċelebrat kull sena fid-9 ta’ Mejju, ifakkar id-data tad-Dikjarazzjoni ta’ Schuman, ippreżentata mill-ministru barrani Franċiż ta’ dak iż-żmien Robert Schuman fl-1950.
Schuman kien ippropona l-ħolqien ta’ Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, li l-membri tagħha jiġbru flimkien il-produzzjoni tal-faħam u l-azzar. L-idea ttieħdet minn sitt pajjiżi u żviluppat f’dik li llum nafuha bħala l-Unjoni Ewropea. Jum l-Ewropa huwa ċans biex nirriflettu fuq dak li bena s-solidarjetà u dak li nittamaw li niksbu fil-futur.
Din is-sena, fid-9 ta’ Mejju, il-Konferenza dwar il-Futur ta’ l-Ewropa se titnieda formalment fi Strasburgu. Din l-inizjattiva mal-UE kollha hija opportunità unika u f’waqtha għaċ-ċittadini Ewropej biex jipprovdu l-opinjonijiet tagħhom dwar kwalunkwe suġġett li huma jqisu importanti għall-futur tal-Ewropa. Permezz ta’ Pjattaforma Diġitali, iċ-ċittadini għandhom ċentru diġitali biex iressqu l-ideat tagħhom, jikkummentaw dwar l-ideat ta’ nies oħra, joħolqu u jipparteċipaw f’avvenimenti. Il-pjattaforma hija l-post fejn il-kontribuzzjonijiet kollha se jinġabru flimkien u jinqasmu.
Sar-rebbiegħa 2022, il-Konferenza mistennija tasal għal konklużjonijiet u tipprovdi gwida dwar il-futur tal-Ewropa.
Aqra iktar dwar kif tipparteċipa hawn.