Ftehim dwar regolamenti ġodda Ewropej biex jipproteġu lill-ħaddiema aħjar milli jkunu esposti għal sustanzi karċinoġeniċi u mutaġeniċi ntlaħaq mill-Ewro Parlamentari fi ħdan il-Kumitat tax-Xpgħol u l-Kunsill Ewropew.

12-il miljun ħaddiem li jgħixu fl-UE u li xi aktarx  huma esposti għal dħaħen minn makni diesel issa se jkunu mħarsa aħjar, hekk kif id-dħaħen mid-diesel u l-valur fil-limitu tal-espożizzjoni tagħhom żdiedu mal-ftehim finali.

It-tieni reviżjoni tad-direttiva tal-2004 għandha l-intenzjoni li tnaqqas iżjed ir-riskju għall-ħaddiema milli jimirdu bil-kanċer, li hu l-kawża prinċipali ta’ mwiet relatati max-xogħol fl-UE.

In-negozjaturi qablu fuq il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea sabiex ikunu stabbiliti valuri fil-limiti (l-ammont massimu ta’ sustanza permissibbli fl-arja fil-post  tax-xogħol) u/jew sinjali fuq il-ġilda għal ħames karċinoġeni addizzjonali:

Trichloroethylene, 4,4-methylenedianiline, epichlorohydrine, ethlene dibromide u ethylenedichloride.

Claude Rolin (EPP, BE), rapporteur, qal: “Dan il-ftehim hu riżultat pożittiv ħafna, hekk kif irnexxielna nintroduċu valur fil-limitu għal emissjonijiet minn makni diesel, wara xhur ta’ negozjati. Fl-Unjoni Ewropea, aktar minn 12-il miljun ħaddiem huma esposti fil-post tax-xogħol minħabba dħaħen minn makni diesel. It-tieni reviżjoni tad-direttiva tagħti sinjal ċar: il-monitoraġġ ta’ dħaħen f’postijiet tax-xogħol għal aktar u aktar sustanzi li jagħmlu ħsara sostanzjalment isaħħu l-protezzjoni tal-ħaddiema. Irridu nimmonitorjaw dan  b’mod kostanti. Il-kanċer huwa l-kawża prinċipali ta’ imwiet relatati max-xogħol fl-UE. Huwa inaċċettabbli li l-ħaddiema jitilfu ħajjithom waqt li qed jistinikaw biex jaqilgħu l-ħobża ta’ kuljum.”

Marita Ulvskog (S&D, SE), iċ-Chair tal-Kumitat tax-Xogħol u rapporteur għall-ewwel grupp ta’ sustanzi, żiedet: “Fi sforz konġunt mal-Presidenza Awstrijaka, u bl-appoġġ tekniku tal-Kummissjoni, konna kapaċi nilħqu dan il-ftehim prattiku li, permezz tiegħu tmien kimiċi oħra li joħolqu l-kanċer se jkunu koperti bid-Direttiva tal-Karċinoġeni u l-Mutaġeni, fosthom id-dħaħen mid-diesel. Nistgħu nkunu kburin b’dan il-ftehim, li se jipprevjeni aktar  minn 100,000 mewta kawżata mill-kanċer għall-50 sena li jmiss u hi pass importanti fit-triq biex il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jkun attwati.