L-imsieħba soċjali għandhom rwol importanti fit-tiswir tal-politiki u l-leġiżlazzjoni kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll tal-UE.

Il-fondi tal-UE joffru diversi opportunitajiet ta’ finanzjament għall-imsieħba soċjali, inklużi proġetti ta’ bini tal-kapaċità, opportunitajiet ta’ taħriġ, attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni u l-involviment taċ-ċittadini biex jiddiskutu l-politiki tal-UE. Opportunitajiet bħal dawn huma mifruxa fuq programmi differenti ta’ finanzjament tal-UE, li jistgħu jagħmlu l-proċess biex tikseb il-fondi kemxejn ikkumplikat.

Servizzi Ewropej f’Malta (SEM) jistgħu jipprovdu appoġġ lill-imsieħba soċjali li qed ifittxu finanzjament mill-UE għall-proġetti tagħhom. SEM jista’ jgħinek tidentifika opportunitajiet ta’ finanzjament rilevanti, tiżviluppa l-idea tal-proġett tiegħek biex tkun aktar kompetittiva għall-finanzjament u biex timla l-formola tal-applikazzjoni meħtieġa, filwaqt li tiżgura wkoll li kwalunkwe anness rilevanti ġie inkluż fil-formola tal-applikazzjoni tiegħek.

Ladarba jingħata finanzjament mill-UE, SEM jista’ jgħin fl-implimentazzjoni tal-proġett tiegħek iffinanzjat mill-UE. Dan jinkludi appoġġ fil-fehim tat-termini u l-kundizzjonijiet marbuta mal-għotja tal-UE inkwistjoni u gwida fl-osservanza tal-prinċipji u l-leġiżlazzjoni tal-UE matul il-proġett tiegħek, bħall-protezzjoni tad-data.

Biex issir taf kif SEM tista’ tgħin lill-organizzazzjoni tiegħek biex tisfrutta l-fondi tal-UE, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-SEM fuq 2200 3300 jew info.sem@gov.mt.