Il-MEUSAC nediet proġett sabiex:-

· Jidentifika l-aktar metodoloġiji effettivi sabiex ikun provdut servizz li jilħaq il-ħtiġiet tal-partijiet interessati;

· Jinvesti fis-servizzi tal-Gvern billi jipprovdi l-ħiliet neċessarji lit-tim tal-MEUSAC dwar kif il-kapaċità tal-partijiet interessati tista’ tiġi msaħħa;

· Isaħħaħ il-kapaċità tal-partijiet interessati permezz ta’ taħriġ u żieda fl-għarfien dwar il-proċessi, l-għodda u l-opportunitajiet għal żieda fil-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati.

Il-proġett beda fl-2018 b’analiżi fl-impenn tal-partijiet interessati u kampanja ta’ għarfien permezz tal-media. Fil-bidu tal-2019, it-tim tal-MEUSAC irċieva taħriġ intensiv f’numru ta’ oqsma biex itejbu l-ħiliet tagħhom f’tentattiv biex is-servizzi tal-aġenzija jitjiebu.

L-aħħar fażi tal-proġett beda fl-aħħar tliet xhur tal-2019 b’sessjonijiet fil-bini tal-kapaċità għal organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) involuti fl-oqsma tal-edukazzjoni, ix-xogħol u l-politika soċjali. Is-suġġetti li kienu koperti kienu l-impenn tal-partijiet interessati; aktar użu effettiv ta’ għodod tal-komunikazzjoni; u l-aċċess ta’ opportunitajiet ta’ fondi mill-UE. Dawn is-sessjonijiet fil-bini tal-kapaċità imbagħad ġew segwiti b’sessjonijiet ta’ mentoring li tmexxew mill-istaff tal-MEUSAC.

L-aħħar seminar ta’ nofs ta’ nhar sar fl-10 ta’ Marzu. Matul dan is-seminar, il-parteċipanti kellhom opportunità li jiddiskutu kwistjonijiet dwar id-djalogu soċjali f’Malta u jipparteċipaw f’wieħed mill-workshops li ġejjin: (i) parteċipazzjoni effettiva fid-djalogu soċjali; (ii) networking bejn il-partijiet interessati b’interessi komuni; u (iii) formulazzjoni effettiva ta’ policy papers biex jinfilsaw fil-pożizzjoni nazzjonali dwar leġislazzjoni li hija proposta mill-UE