L-agrikoltura hija integrali għall-ekonomija tal-Unjoni Ewropea (UE). Il-Fond Agrikolu għall-Iżvilupp Rurali (EAFRD) huwa l-programm ewlieni ta’ finanzjament tal-UE li jappoġġa l-investiment fl-agrikoltura u l-iżvilupp rurali.

Il-finanzjament tal-EAFRD għall-2014-2020 ġie allokat kollu, madankollu l-finanzjament mill-Faċilità ta’ Rkupru u Reżiljenza (RRF) ġie utilizzat biex jerġa’ jinfetaħ tliet opportunitajiet ta’ finanzjament. Miżura 4.1 – ‘Appoġġ għal investimenti f’azjendi agrikoli’, Miżura 6.1 – ‘Għajnuna għall-bidu ta’ negozju għal bdiewa żgħażagħ’ u Miżura 6.4 – ‘Appoġġ għal investimenti fil-ħolqien u l-iżvilupp ta’ attivitajiet mhux agrikoli’, bħalissa huma miftuħa għall-applikazzjonijiet.

Permezz ta’ dawn l-opportunitajiet ta’ finanzjament, il-bdiewa jistgħu jinvestu fl-azjendi agrikoli tagħhom permezz tax-xiri ta’ tagħmir ġdid, jinvestu f’attivitajiet mhux agrikoli u jibdew ukoll in-negozju agrikolu tagħhom fil-każ ta’ bdiewa żgħażagħ (dawk li għandhom 40 sena jew iżgħar li jistabbilixxu azjenda agrikola għall- l-ewwel darba). L-iskadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet taħt kull sejħa hi t-30 ta’ Settembru, 2022.

Servizzi Ewropej f’Malta (SEM) hija aġenzija tal-gvern li sservi bħala bieb għal servizzi relatati mal-UE. Għal aktar informazzjoni dwar il-programm EAFRD jew kwalunkwe materja oħra relatata mal-UE, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-SEM fuq 2200 3300 jew info.sem@gov.mt.