Budget fit-tul: l-Ewro Parlamentari jridu li l-UE jkollha aktar ir-riżorsi tagħha
L-Ewro Parlamentari jridu lill-UE sabiex ikollha s-sorsi finanzjarji tagħha għall-budget li jmiss minflok tiddependi l-aktar fuq il-kontribut tal-istati membri.
Fl-14 ta’ Marzu, il-Parlament beda d-dibattitu tal-UE dwar il-budget li jmiss għal terminu twil, li jibda fl-1 ta’ Jannar 2021, u kif dan għandu jkun. L-Ewro Parlamentari addottaw il-pożizzjoni tal-Parlament li fost oħrajn irid li jibdel kif l-UE hi finanzjata, u jifrex it-triq għal sistema fejn l-UE ikollha r-riżorsi tagħha u tmur lil hinn minn kważi tkun esklussivament dipendenti fuq il-kontribut li tirċievi minn pajjiżi Ewropej.
Gerard Deprez, il-membru Belġjan f’Alde u wieħed mill-Ewro Parlamentari ewlenin li qed jittratta d-dħul finanzjarju tal-budget, qal li “Aħna, bħala l-Parlament, għidna li mhux se naċċettaw budget għal żmien fit-tul mingħajr riżorsi. Aħna lkoll deterninati.”
Flimkien mal-membru Pollakk fil-Partit Popolari Ewropew Janusz Lewandowski, Deprez kiteb rapport dwar ir-riżorsi indipendenti, li hu parti mill-pożizzjoni tal-Parlament dwar il-budget li jmiss għal żmien fit-tul, magħruf aħjar bħala l-qafas finanzjarju multi-annwali. Ir-rapport jipproponi transazzjoni finanzjarja f’livell Ewropew, tassazzjoni speċjali ta’ kumpaniji fis-settur diġitali, u riforma tas-sistema tal-VAT.
Deprez qal li r-raġuni prinċipali għall-pożizzjoni iebsa tal-Parlament biex ikun hemm riżorsi indipendenti hi waħda mit-trattati oriġinali li wasslet għall-ħolqien tal-UE. Skont it-Trattat ta’ Ruma, Komunita’ Ekonomika Ewropea kellha tkun finanzjata minn kontribuzzjonijiet nazzjonali għal perijodu tranżitorju biss u sussegwentament b’sistema ta’ riżorsi indipendenti.
L-Ewro Parlamentari Belġjan żied li l-Parlament jemmen li s-sistema preżenti bażata fuq id-dħul nazzjonali gross tal-istati membri kienet “illoġika u ma tagħmilx sens” kif ukoll “komplessa” minħabba rebates u eżenzjonijiet.
Bħalissa l-kontribuzzjonijiet tal-istati membri jammontaw għal 70 fil-mija tal-budget fit-tul tal-UE, filwaqt li 12 fil-mija ġej mill-VAT u 13 fil-mija minn dħul ieħor, bħal taxxi mħallas mill-istaff tal-UE ta’ multi mħallsin minn kumpaniji li kissru l-liġijiet tal-kompetizzjoni.