Aħbarijiet foloz u informazzjoni skorretta fuq l-internet
Il-kliem “aħbarijiet foloz” huma żieda riċenti fil-vokabularju tal-media u l-aħbarijiet. Skont Google Trends, dawn kellhom ħajja relattivament oskura għal ħafna snin, sakemm saru l-elezzjonijiet presidenzjali fl-Istati Uniti f’Novembru 2016 meta l-frekwenza tagħhom bħala terminu tat-tiftix żdiedet immensament.
L-informazzjoni skorretta – aħbarijiet foloz – tikkonsisti f’informazzjoni verifikata li tkun falza jew qarrieqa li tinħoloq, tiġi ppreżentata u mqassma biex b’mod intenzjonali tqarraq lill-pubbliku, u tista’ toħloq ħsara pubblika. Il-media soċjali u pjattaformi fuq l-internet għandhom rwol importanti biex b’ħeffa kbira jxerrdu tali aħbarijiet u jilħqu lil ħafna nies mingħajr ebda sforz kbir mill-awtur.
Bħala tali, l-informazzjoni skorretta hi sfida li qed tevolvi, b’potenzjal għoli sabiex tinfluwenza b’mod negattiv il-proċessi demokratiċi u d-dibattiti soċjali. F’tentattiv biex tipproteġi s-sistemi demokratiċi tagħha u fid-dawl tal-elezzjonijiet Ewropej tal-2019, il-Kummissjoni Ewropea dan l-aħħar ippreżentat Pjan ta’ Azzjoni sabiex tindirizza l-informazzjoni skorretta fl-Ewropa u lil hinn minnha.
Il-pjan ta’ azzjoni ntitolat – Tackling online disinformation: a European approach, jiffoka fuq erba’ prinċipji ewlenin:
- It-tisħiħ tat-trasparenza dwar il-mod kif l-informazzjoni hi maħduma u sponsorjata;
- Id-diversita’ tal-informazzjoni;
- Il-kredibbilta’ tal-informazzjoni;
- Soluzzjonijiet inklussivi b’involviment wiesa’ tal-partijiet interessati.