Aċċess għall-Protezzjoni Soċjali lill-ħaddiema u s-self-employed
“Ewropa ġusta u aktar soċjali hi kruċjali fl-għamla tal-futur tal-Unjoni Ewropea. Dan hu dak li ċ-ċittadini ġustament jistennew. Irrid lill-UE li taqbeż għad-drittijiet taċ-ċittadini tagħha f’dinja li qed tinbidel b’mod mgħaġġel. Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali hekk ifisser.” Jean-Claude Juncker, il-President tal-Kummissjoni Ewropea.
Il-Pilastru tad-Drittijiet Soċjali hu dwar it-twassil ta’ drittijiet ġodda u aktar effettivi għaċ-ċittadini. Bħala parti mill-proċess tagħha tal-implimentazzjoni, il-Kummissjoni Ewropea addottat proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill fuq l-aċċess tal-protezzjoni soċjali għall-ħaddiema u s-self-employed.
F’dawn l-aħħar 20 sena, il-globalizzazzjoni, it-teknoloġija, il-bidliet fil-preferenzi individwali u l-bidliet demografiċi kkontribwew għal bidliet importanti fis-swieq tax-xogħol. Numru dejjem jikber ta’ persuni fis-suq tax-xogħol għandu biss aċċess insuffiċjenti għall-protezzjoni soċjali. L-inizjattiva ‘Aċċess għall-protezzjoni soċjali lill-ħaddiema u s-self–employed’ għandha l-għan li tappoġġja lis-self-employed u lil dawk il-ħaddiema b’impjiegi instabbli li, minħabba t-tip ta’ kuntratt jew l-istat tagħhom fis-suq tax-xogħol, mhumiex protetti b’mod suffiċjenti minn skemi tal-protezzjoni soċjali. Ir-Rakkomandazzjoni hi mmirata biex toħloq aktar ġustizzja bejn il-kumpaniji, billi toħloq ugwaljanza u testendi l-firxa tagħha.