“50 sena – l-itwal triq għal mobbilta’ ġusta”
Fil-15 ta’ Ottubru, 1968, is-sitt membri fundaturi oriġinali tal-Komunita’ Ekonomika Ewropea (EEC) addottaw Regolamentazzjoni dwar “il-liberta’ tal-moviment għall-ħaddiema fi ħdan il-Komunita’”, li skattat b’mod sħiħ Artiklu 48 tat-Trattat ta’ Ruma (preżentament Artiklu 45 tat-Trattat dwar il-Funzjonalita’ tal-UE). Din ir-regolamentazzjoni eliminat ir-restrizzjonijiet kollha li l-pajjiżi tal-EEC kienu permessi li jimponu matul perijodu transitorju ta’ 10 snin skont it-Trattat ta’ Ruma.
Minn dakinhar, kienet xi ħaġa li wieħed jagħmel dawn id-drittijiet kollha effettivi billi jkunu elenkati d-diffikultajiet tal-implimentazzjoni, li jkunu megħluba kull tip ta’ ostakli prattiċi, li l-ħaddiema jkunu mgħarffa bid-drittijiet tagħhom u biex il-ħaddiema nazzjonali u lokali taċ-ċivil ikunu megħjuna biex jimplimentaw il-leġislazzjoni tal-UE f’dan il-qasam.
L-UE tistqarr li hi tappoġġja l-mobbilta’ billi tgħin lil min qed ifittex ix-xogħol u min iħaddem fl-Ewropa biex ifittxu lil xulxin, kull fejn ikunu. L-UE ukoll tistinka sabiex tkun ċerta li l-ħaddiema fi ħdan l-UE li jiċċaqilqu minn post għal ieħor ma jkunux abbużati u biex tgħin ħalli tikkoordina l-ġlieda kontra x-xogħol mhux dikjarat.