Sforz mill-UE biex il-prodotti jkunu aktar sostenibbli
Il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat pakkett ta’ proposti biex kważi l-oġġetti fiżiċi kollha fis-suq tal-UE jsiru aktar favur l-ambjent, f’konformità mal-ekonomija ċirkolari, u effiċjenti fl-enerġija matul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tagħhom mill-fażi tad-disinn sal-użu ta’ kuljum, l-użu mill-ġdid u tmiem il-ħajja.
Il-proposti huma parti mill-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Ekonomija Ċirkolari.
Il-Kummissjoni ppreżentat ukoll strateġija ġdida biex it-tessuti iservu aktar, jissewwew, jerġgħu jintużaw u riċiklabbli, l-iskart tat-tessuti u l-qerda ta’ tessuti mhux mibjugħa, u tiżgura li l-produzzjoni tagħhom isseħħ b’rispett sħiħ tad-drittijiet soċjali.
It-tielet proposta għandha l-għan li tagħti spinta lis-suq intern għall-prodotti għall-kostruzzjoni u tiżgura li l-qafas regolatorju fis-seħħ ikun tajjeb biex l-ambjent mibni jwettaq l-objettivi tagħna ta’ sostenibbiltà u klima.
Fl-aħħar nett, il-pakkett jinkludi proposta dwar regoli ġodda biex jagħtu s-setgħa lill-konsumaturi fit-transizzjoni ekoloġika sabiex il-konsumaturi jkunu infurmati aħjar dwar is-sostenibbiltà ambjentali tal-prodotti u mħarsa aħjar kontra l-ħasil tal-ambjent.
Proposal for a Regulation on Ecodesign for Sustainable Products
Ecodesign and Energy Labelling Working Plan 2022-2024