Il-promozzjoni tad-Djalogu Soċjali permezz tal-Fondi tal-UE
Iċ-ċittadinanza tal-UE tiġbor bosta drittijiet tal-ħaddiema relatati mas-saħħa u s-sigurtà, opportunitajiet indaqs, protezzjoni kontra d-diskriminazzjoni u liġijiet tax-xogħol oħra. Id-djalogu soċjali huwa mezz importanti biex jinkisbu dawn id-drittijiet.
L-investiment fid-djalogu soċjali huwa prijorità għall-UE. Fil-fatt taħt il-perjodu ta’ programmazzjoni l-ġdid 2021-2027, l-UE nediet il-Linji ta’ Prerogattivi Soċjali u Kompetenzi Speċifiċi (SOCPL) ġodda li jiffinanzjaw miżuri immirati lejn il-promozzjoni tad-djalogu soċjali u azzjonijiet konġunti, inklużi opportunitajiet ta’ capacity building bħall-iskambju transnazzjonali ta’ informazzjoni u prattiki tajba, u attivitajiet analitiċi oħra li jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-kompetenza fil-qasam tar-relazzjonijiet industrijali.
Fl-2021, erba’ sejħiet għal proposti ġew ippubblikati taħt l-SOCPL, li jiffokaw fuq l-appoġġ ta’ djalogu soċjali, informazzjoni u miżuri ta’ taħriġ għall-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema u r-rappreżentanti tal-impriżi; u t-titjib tal-kompetenza fil-qasam tar-relazzjonijiet industrijali. Sejħiet taħt dan il-programm huma miftuħa għal entitajiet legali (korpi pubbliċi jew privati). Aktar sejħiet mistennija jiġu ppubblikati fl-2022.
Għal aktar informazzjoni dwar dan il-programm jew kwalunkwe materja oħra relatata mal-finanzjament tal-UE, ġentilment ikkuntattja lil Servizzi Ewropej f’Malta fuq info.sem@gov.mt jew 2200 3300.