Appoġġ lill-ġejjieni tal-UE
Il-pandemija tal-COVID-19 ħalliet lil ħafna nies, speċjalment lill-ġenerazzjoni żagħżugħa, inċerti dwar il-futur tagħhom. B’ċertu setturi u negozji jitħabtu f’dawn iż-żminijiet mhux normali, il-wegħda ta’ impjieg tajjeb u sikur m’għadhiex treġi.
Meta fehmet dawn iż-żminijiet diffiċli, il-Kummissjoni Ewropea ħabbret l-inizjattiva Appoġġ liż-Żgħażagħ għax-Xogħol, sabiex tkun ċerta li l-ġenerazzjonijiet iż-żgħar ukoll ikunu parteċipanti attivi fis-suq tax-xogħol.
Din l-inizjattiva se tinkludi budget sinifikanti li huwa mmiratbiss lejn ix-xogħol għaż-żgħażagħ. Fil-fatt, l-istati membri se jkunu inkuraġġiti biex jagħtu prijorità lill-appoġġ liż-żgħażagħ sabiex isibu x-xogħol meta jagħmlu użu minn dawn il-fondi u investimenti. Il-pakkett se jassigura li żgħażagħ vulnerabbli madwar l-UE, bħal dawk bi bżonnijiet speċjali, li jgħixu f’zoni rurali jew żvantaġġjati jew inkella li ġejjin minn minoranzietniċi jkunu megħjuna biex isibu x-xogħol jew it-taħriġ.
It-taħriġ se jagħti opportunità liż-żgħażagħ biex ifittxu mpjiegi f’oqsma ambjentali u diġitali li l-UE qed tara għas-snin li ġejjin. Appoġġ għal apprentistati, il-bini tal-kapaċità u l-kuntatti wkoll se jingħataw prijorità sabiex iż-żgħażagħ ikunu mgħammra bil-ħiliet neċessarji ħalli jilħqu l-prerekwiżiti biex jiksbu x-xogħol.
L-investiment fil-ġenerazzjonijiet iż-żgħar se jkun kruċjali biex jassigura suq tax-xogħol Ewropew li jkun iżjed kompetittiv, reżiljenti u inklussiv.