Is-sejba u l-protezzjoni ta’ vittmi ta’ traffikar uman f’zoni ta’ konflitt
It-traffikar tal-bnedmin iseħħ f’kull pajjiż fid-dinja, u għandu dimensjonijiet qawwija tal-ġeneru. Fl-Ewropa, l-isfruttar sesswali hu l-aktar forma mifruxa ta’ traffikaw, segwit bix-xogħol sforzat.
In-nisa u l-bniet ikopru l-maġġoranza tal-vittmi kollha tat-traffikaw. Fuq livell Ewropew, ħafna mill-vittmi jiġu misjuba fil-pajjiżi taċ-ċittadinanza tagħhom. Madankollu, it-traffikar jista’ ukoll ikollu dimensjonijiet b’saħħithom bejn fruntiera u oħra.
Preżentament disa’ zoni ta’ konflitt huma lokalizzati fuq il-fruntieri esterni tal-UE għal-laqgħa inizjali, l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ min ifittex l-ażil u migranti oħrajn: ħamsa huma lokalizzati fil-Greċja u erbgħa fl-Italja. Fil-kuntest tal-kriżi tal-migrazzjoni li għadha għaddejja, x’aktarx li fost il-migranti u r-refuġjati li jfittxu protezzjoni internazzjonali wara li jilħqu artijiet Ewropej bil-baħar (numru kbir tagħhom jiġu minn zoni ta’ konflitt), ħafna kienu diġa’ vittmi ta’ traffikar fil-pajjiżi tal-oriġini tagħhom.
Barra minn hekk, matul il-vjaġġi tagħhom lejn l-Ewropa dawk li jfittxu l-ażil u l-migranti huma esposti għal riskji addizzjonali ta’ sfruttament Filwaqt li fit-teorija dan l-istadju fil-wasla ta’ migrant jew refuġjat fl-Ewropa jipprovdi l-ewwel opportunita’ biex il-vittmi ta’ traffikar jinstabu u jassigura proċeduri adekwati ta’ żvilupp, ix-xogħol biex jinstabu vittmi ta’ traffikar hu mifni b’ħafna diffikultajiet prattiċi. Barra minn hekk, ir-riskji ta’ traffikar ma jisparixxux meta l-migranti u r-refuġjati jilħqu art Ewropea. Waqt li jkunu qed jistennew f’zoni mqallba għad-dokumenti biex jiġu proċessati, huma jkunu għadhom f’riskju li jaqgħu vittmi ta’ individwi jew gruppi kriminali.
Ħafna miz-zoni ta’ konflitt mhumiex disinjati b’mod li jkunu sensittivi għall-protezzjoni u l-persuni kollha li joqogħdu f’faċilitajiet f’zoni ta’ tensjoni, speċjalment in-nisa u t-tfal, jistgħu jispiċċaw f’sitwazzjonijiet perikolużi. Fuq livell Ewropew, it-traffikar uman hu rikonoxxut bħala vjolazzjoni ta’ drittijiet fundamentali u hu espliċitament projbit miċ-Charter Ewropew ta’ Drittijiet Fundamentali. Ħafna sforzi saru biex isaħħu l-ġlieda kontra t-traffikar, u sa mill-2009 dawn l-isforzi kienu koordinati minn koordinatur Ewropew kontra t-traffikar. Fil-kuntest speċifiku ta’ zoni ta’ konflitt, stati membri għandhom responsabbilta’ sħiħa biex iwaqqfu u jmexxu infrastruttura ta’ lqugħ u reġistrazzjoni.
Meta niġu għas-sejba ta’ vittmi ta’ traffikar, dawn iridu joqogħdu ma’ numru ta’ rekwiżiti Ewropej, kif jidhru fid-Direttiva Kontra t-Traffikar, id-Direttiva tal-Kundizzjonijiet tal-Akkoljenza u d-Direttiva tal-Kwalifika. Fil-prattika, numru konsiderevoli ta’ atturi huma involuti fil-proċeduri għall-identifikazzjoni tal-vulnerabbiltajiet. Dawn jinkludu awtoritajiet nazzjonali, organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs), aġenziji Ewropej u organizzazzjonijiet internazzjonali.
Hekk kif iz-zona ta’ konflitt issoltu tkun l-ewwel post fejn il-migranti jkollhom ċans biex ikollhom il-vulnerabbilta’ rikonoxxuta, ir-rwoli tal-atturi involuti fil-proċess tal-iscreening fuq il-vulnerabbilta’ huma kruċjali. L-identifikazzjoni u r-riferiment ta’ persuni vulnerabbli huma r-responsabbilta’ maqsuma ta’ dawk kollha involuti fiz-zoni ta’ konflitt.