Aġenda strateġika għat-tmexxija l-ġdida tal-UE
Il-presidenti li jmiss tal-Kummissjoni Ewropea, tal-Kunsill u tal-Parlament se jirtu ekonomija Ewropea relattivament b’saħħitha, iżda se jiffaċċjaw tliet bidliet formidabbli fil-ħames snin li ġejjin.
L-ewwel, il-presidenti l-ġodda jridu jiddefinixxu l-post tal-Ewropa f’dinja bipolari li dejjem qed tiżdied u li hi mmexxija minn rivalita’ ġeostrateġika bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina. Għandhom jevitaw il-protezzjoniżmu iżda jridu jsaħħu l-kapaċitajiet tal-Ewropa fit-teknoloġija, fil-finanzi u fis-sigurta’. Għandhom ukoll ikomplu jappoġġjaw istituzzjonijiet multilaterali u jkunu lesti li jirritaljaw kontra l-aggressjoni kummerċjali.
It-tieni, is-sħana globali hija realta’ u t-temperaturi jidhru li qed jogħlew b’rata mgħaġġla minn dak mistenni. Il-presidenti l-ġodda jridu jimponu prezzijiet ogħla fuq l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, jiggwidaw trasformazzjoni profonda tal-ekonomiji tagħna, jimminimizzaw il-fallimenti soċjali, jassiguraw aġġustament tal-karbonju u jigglobalizzaw id-dikarbonizzazzjoni tal-UE.
It-tielet, it-tliet presidenti jridu jmexxu l-ekonomija u l-għaqda Ewropea. L-ikbar tħassib hu reċessjoni fonda jew xi kriżi ġdida. Billi jiggwidaw lill-politiċi Ewropej dwar l-użu ta’ politika fiskali pro-attiva, il-presidenti jistgħu jirriformaw il-governanza taz-zona ewro u jindirizzaw l-evazjoni tat-taxxa u l-frodi.