Jekk wieħed jirrealizza jew le, l-UE tolqotna fil-ħajja tagħna ta’ kuljum: fost oħrajn, l-ikel li nieklu, il-prodotti li nixtru jew li nbiegħu, vjaġġar barra l-pajjiż, l-iskart li nħallu quddiem id-dar u kullimkien, is-sigurta’ tal-ġugarelli u prodotti elettroniċi, ix-xogħol tagħna kif ukoll is-saħħa u s-sigurta’ tagħna. Dan minbarra d-diversi proġetti finanzjati mill-UE li aħna forsi bbenefikajna minnhom, kemm direttament jew indiriettament. 

Ħaġa waħda hi komuni għal dan t’hawn fuq  dik li l-UE tagħmel il-kwalita’ tal-ħajja aħjar liċ-ċittadini tagħha. 

Hija xi ħaġa raġunata li l-UE mhux biss toffri diversi benefiċċji imma anki tisħaq fuq id-drittijiet. Hi wkoll dwar l-obbligi li joħorġu mil-leġislazzjoni komuni li l-Istati Membri tal-UE jaqblu fuqha. 

Hawnhekk jidħol il-MEUSAC. Bil-motto tiegħu “Jgħaqqad iċ-Ċittadini mal-UE”, il-MEUSAC hu impenjat sabiex jikkomunika drittijiet relatati mal-UE, policies u opportunitajiet ta’ fondi, u l-impatt tagħhom fuq iċ-ċittadini. Dan  kollu jsir permezz tat-tqassim ta’ tagħrif relatat mal-UE u diversi avvenimenti li jkunu organizzati, flimkien mal-użu ta’ diversi mezzi ta’ komunikazzjoni. 

Segwi l-attivitajiet tal-MEUSAC fuq Facebook www.facebook.com/meusacmalta, jew fuq il-websajt www.meusac.gov.mt jew ibgħat email fuq info.meusac@gov.mt. Tista’ ukoll iċċempel fuq 2200 3300.