Appoġġ mill-UE għall-bdiewa
Il-Politika Komuni dwar il-Biedja (CAP) hi aspett importanti tal-budget tal-Unjoni Ewropea, li tipprovdi appoġġ dirett lill-bdiewa madwar l-istati membri tal-UE u tassisti b’mod dirett fl-iżvilupp rurali.
Il-proposta kurrenti mill-Kummissjoni Ewropea għall-CAP li jmiss tħares lejn it-tnaqqis tal-allokazzjoni tal-politika b’ħamsa fil-mija. Dan hu riżultat ta’ budget totali mnaqqas minħabba l-Brexit, kif ukoll il-ħtieġa għal aktar allokazzjoni f’oqsma oħrajn tal-budget.
Minħabba t-tnaqqis, il-proposta għadha qed tħares lejn it-titjib fl-appoġġ għall-bdiewa żgħażagħ, fi sforz biex jissokta t-tiġdid fis-settur għall-ġenerazzjonijiet li jmiss. Il-proposta wkoll tfittex aktar appoġġ għal irziezet żgħar u ta’ daqs medju, kif ukoll tqassim ġust tal-ħlasijiet.
Il-budget tal-UE, li jagħmel parti mill-Qafas Finanzjarju Multi-Annwali (MFF), bħalissa qed ikun negozjat mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill tal-UE. In-negozjati se jistabbilixxu biex il-budget li jmiss ikopri l-perijodu 2021-2027.