Att dwar is-Sigurta’ fuq l-Internet: ibnu l-fiduċja fit-teknoloġiji diġitali
Qafas ġdid ta’ ċertifikazzjoni għal apparat tal-komunikazzjoni, flimkien ma’ rwol iżjed b’saħħtu għall-Aġenzija tal-UE dwar is-Sigurta’ fuq l-Internet, kien appoġġjat mill-Ewro Parlamentari fi ħdan il-Kumitat tal-Industrija dan l-aħħar.
L-Iskema tal-UE dwar is-sigurta’ fuq l-internet se tiċċertifika li prodott tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT), proċess jew servizz ma jkollu ebda nuqqas waqt il-ħruġ taċ-ċertifikazzjoni u li jikkonforma mal-livelli internazzjonali u mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi.
Il-qafas taċ-ċertfikazzjoni tas-sigurta’ fuq l-internet
- Iċ-ċertifikazzjoni se tkun volontarja u, fejn hu meħtieġ, mandatorja filwaqt li se tassigura:
- Kunfidenzjalita’, integrita’, disponibbilta’ u privatezza tas-servizzi, funzjonijiet u data;
- Li s-servizzi, funzjonijiet u d-data jistgħu jinkisbu u wżati biss minn persuni awtorizzati u/jew sistemi u programmi awtorizzati;
- Li l-proċessi jkunu f’posthom biex jidentifikaw xi nuqqasijiet u jittrattaw oħrajn ġodda;
- Li l-prodotti, proċessi jew servizzi huma disinjati biex ikunu sikuri u li jkunu mgħammra b’software aġġornat mingħajr ebda intopp;
- Li r-riskji l-oħrajn marbutin ma’ inċidenti fuq l-internet, bħalma huma r-riskji ta’ ħajja jew saħħa, ikunu minimizzati.