Strateġija Farmaċewtika għall-Ewropa
Il-Kummissjoni Ewropea reċentement adottat Strateġija Farmaċewtika għall-Ewropa biex tiżgura li l-pazjenti jkollhom aċċess għal mediċini innovattivi, bi prezz raġonevoli u sikuri. Għandha wkoll l-għan li tappoġġja l-kompetittività, il-kapaċità innovattiva, u s-sostenibbiltà tal-industrija farmaċewtika tal-UE. L-istrateġija hi kkunsidrata bħala komponent ewlieni tal-bini ta’ Unjoni Ewropea tas-Saħħa aktar b’saħħitha.
L-istrateġija tfasslet biex tiżgura li l-politika farmaċewtika tal-UE tkompli sservi s-saħħa pubblika f’ambjent dejjem jinbidel ta’ trasformazzjonijiet xjentifiċi u kummerċjali. Se tappoġġa innovazzjonijiet li huma ċċentrati fuq il-pazjent u li jħaddnu bidla diġitali u teknoloġika.
L-erba’ għanijiet
L-erba’ għanijiet ewlenin tal-istrateġija huma dawn:
- Mediċini affordabbli – li jiżguraw li l-pazjenti kollha jkollhom aċċess għal
mediċini bi prezz raġonevoli, li jindirizzaw ħtiġijiet mediċi mhux sodisfatti f’oqsma bħal reżistenza antimikrobika, kanċer u mard rari;
- L-industrija farmaċewtika – l-appoġġ tal-kompetittività, l-innovazzjoni u s-sostenibbiltà tal-industrija farmaċewtika tal-UE u l-iżvilupp ta’ mediċini ta’ kwalità għolja, siguri, effettivi u ekoloġiċi;
- Prevenzjoni u Sigurtà – ittejjeb il-mekkaniżmi ta’ tħejjija u rispons għal kriżijiet u tiżgura s-sigurtà tal-provvista;
- Standards – li tiżgura li l-UE tispikka bħala mudell għal livell għoli ta’ standards ta’ kwalità u sikurezza fil-mediċini.
L-istrateġija se tissarraf f’azzjonijiet leġislattivi u mhux leġiżlattivi li se jitniedu matul is-snin li ġejjin.