Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data
Il-Kummissjoni Ewropea qed tipprova tforni aħjar lill-Unjoni Ewropea għall-era ġdida diġitali. Iċ-ċittadini Ewropej jeħtieġ li jkunu żguri li d-data tagħhom tkun protetta madwar l-UE irrispettivament minn fejn tkun proċessata d-data.
Sabiex tagħmel dan, mill-25 ta’ Mejju 2018, ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR) jibda japplika madwar l-UE. Dan ir-regolament jaġġorna id-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Data tal-lum u se joffri protezzjoni aħjar lid-data personali tal-individwu u l-moviment ħieles ta’ tali data.
Din il-liġi hi disinjata biex tikseb żewġ affarijiet prinċipali: l-ewwel, biex tgħaqqad il-liġijiet kurrenti dwar il-privatezza tal-protezzjoni tad-data madwar l-UE, u t-tieni, biex issaħħaħ id-drittijiet taċ-ċittadini Ewropej sabiex jipproteġu l-informazzjoni personali tagħhom.
Il-GDPR se jkun qed japplika lil kull negozju li joffri prodotti jew servizzi liċ-ċittadini tal-UE u/jew jiġbor informazzjoni personali miċ-ċittadini tal-UE, irrispettivament minn fejn jinsab in-negozju.