Pagi Minimi Adegwati fl-UE
Fit-28 ta’ Ottubru, il-Kummissjoni Ewropea ħarġet proposta għal direttiva dwar pagi minimi adegwati fl-UE biex tiggarantixxi kundizzjonijiet ta’ xogħol u għajxien adegwati, kif ukoll biex tibni ekonomiji u soċjetajiet ġusti u reżiljenti. Għandha l-għan ukoll li twettaq il-Prinċipju 6 tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali biex l-Ewropa soċjali ssir realtà għal kulħadd.
Meta jkun hemm kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-għajxien aħjar, inkluż permezz ta’ pagi minimi adegwati, jibbenefikaw kemm il-ħaddiema kif ukoll in-negozji fl-UE. Il-protezzjoni tal-paga minima tappoġġa wkoll l-ugwaljanza bejn is-sessi, peress li hemm aktar nisa bil-paga minima jew madwarha milli hemm irġiel.
Fl-indirizz tagħha dwar l-Istat tal-Unjoni ta’ Settembru li għadda, il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen iddikjarat li kulħadd għandu jkollu aċċess għal pagi minima permezz ta’ ftehimiet kollettivi jew permezz ta’ paga minimi statutorja.
Id-direttiva proposta tqis ukoll u tirrispetta bis-sħiħ il-ħtiġijiet u l-karatteristiċi tas-sistemi nazzjonali, il-kompetenzi nazzjonali, l-awtonomija tal-imsieħba soċjali u l-libertà kuntrattwali. Hija mfassla wkoll b’tali mod li tħares l-aċċess għall-impjiegi u tikkunsidra l-effetti fuq il-ħolqien tax-xogħol u l-kompetittività, inkluż għall-intrapriżi żgħar u medji.
Il-proposta tinsab hawn.