Il-programm għall-iffinanzjar Erasmus+ huwa l-istrument prinċipali għall-iffinanzjar tal-UE għall-edukazzoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport għall-perijodu 2014 – 2020. Dan il-programm joffri diversi opportunitajiet fl-oqsma tat-taħriġ u l-edukazzjoni, inkluż opportunitajiet speċifiċi fl-oqsma vokazzjonali, l-edukazzjoni u t-taħriġ (VET).

Il-fondi għal Proġetti ta’ Mobbiltà għal studenti u staff tal-VET jipprovdu opportunitajiet, kemm għal min qed jirċievi t-taħriġ, kif ukoll għall-istaff ta’ organizzazzjonijiet attivi fil-qasam tal-VET jew attivi fis-suq tax-xogħol.

L-opportunitajiet għal min qed jirċievi t-taħriġ jikkonsistu f’mobbiltajiet għal żmien qasir (ġimagħtejn sa inqas minn tliet ġimgħat) jew mobbiltajiet għal perijodu fit-tul (tliet xhur sa 12-il xahar) għal min jipprovdi l-VET u/jew kumpaniji f’pajjiżi barranin.

Opportunitajiet għall-istaff ta’ organizzazzjonijiet tal-VET jikkonsistu f’taħriġ fl-għamla ta’ (i) work placement jew esperjenza ta’ job shadowing/osservazzjoni f’kumpanija u kull min jipprovdi l-VET jew, (ii) xogħol ta’ tagħlim/taħriġ barra minn Malta, li matulu l-istaff jista’ jgħallem f’post li jipprovdi l-VET f’pajjiż barrani. Il-mobbiltajiet kollha, kemm għal min jirċievi t-taħriġ, u/jew l-istaff jista’ jsir f’pajjiż eliġibbli minbarra l-pajjiż fejn jgħix min qed jitgħallem/membru tal-istaff li qed jipparteċipa fil-proġett.

Il-proġetti jistgħu jikkonsistu f’aktar minn mommiltà waħda, b’ebda limitu fuq in-numru ta’ persuni li jistgħu jipparteċipaw.

Il-programm ta’ fondi wkoll jipprovdi appoġġ finanzjarju lil min qed jirċievi tagħlim tal-VET, inkluż apprentisti jew gradwati riċenti biex jassistu għal mobbiltà fit-tul f’xi pajjiż barrani.

Għal aktar informazzjoni dwar Erasmus+ jew opportunitajiet oħrajn għal fondi mill-UE, ikkuntattja lil MEUSAC fuq 22003300 jew bl-email fuq funding.meusac@gov.mt