Minkejja l-fatt li x-xjenzati u l-esperti mediċi qed jaħdmu qatigħ fir-riċerka dwar il-coronavirus, l-istaġun tal-irjiħat u  l-influwenza dalwaqt jibda u jingħaqad mal-COVID-19. 

Il-coronavirus diġà huwa territorju ġdid għax-xjenza u l-effetti ta’ dan  il-virus, meta jitħallat mal-influwenza, għadhom mhumiex magħrufa. Hemm ħafna spekulazzjoni dwar x’inhu mistenni u dwar x’jista’ jiġri meta dawn iż-żewġ mardiet infettivi u perikolużi jiġu flimkien. Dan hu li qed jagħmilha tassew diffiċli biex inħejju ruħna b’mod adekwat għall-istaġun kiesaħ tas-sena. 

L-influwenza tispikka fl-istaġun kiesaħ iżda nistgħu nitlaqqmu kontriha, u dan huwa ta’ vantaġġ biex ikun hemm ukoll dijanjosi ta’ każijiet ta’ coronavirus. L-esperti mediċi qed jgħidu li jekk in-nies, li se jitlaqqmu kontra l-influwenza, jibqa’ jkollhom sintomi tal-influwenza, x’aktarx li ma jkollhomx din il-marda. Dan, min-naħa l-oħra, jagħmilha iżjed faċli biex ikunu deċiżi l-affarijiet li għandhom x’jaqsmu mal-kwarantina fid-dar u li wieħed jingħata dijanjosi iżjed ċara. 

Kull xitwa, il-kmamar  għall-istennija tat-tobba jkunu mimlija bin-nies jisgħolu u b’imneħirhom imblukkat iżda mbagħad jirriżulta li jkollhom biss infezzjoni respiratorja. Skont dak li nafu s’issa, il-virus li jikkawża l-COVID-19 probabbilment ukoll huwa suġġett għal varjazzjonijiet staġjonali. 

Ħafna esperti jaqblu li mhux se jkollna vaċċin kontra l-coronavirus malli tiġi l-mewġa ġdida ta’ influwenza. Anki jekk il-vaċċin jitjieb, hemm ħafna affarijiet li għadhom mhumiex magħrufa. Huwa possibbli li nispekulaw li jekk nimirdu bl-influwenza nagħmluha  iżjed faċli biex indaħħlu l-coronavirus f’ġisimna. 

Madankollu, għadu inċert kemm din l-infezzjoni doppja hija perikoluża u x’jista’ jsir biex nindirizzawha. Iżda, irridu nilqgħu kontra dawn il-mardiet – l-irjiħat, l-influwenza u l-COVID-19. Imma kif qed nindirizzaw il-COVID-19? 

In-nies probabbilment jistgħu biss jittamaw li  jekk jimirdu bil-marda, iġarrbu minn sintomi ħfief b’inqas effetti possibbli li  jiġu wara. Hawnhekk, ċertament irridu nibqgħu nimxu mar-regolamenti dwar l-iġjene sabiex innaqqsu u nevitaw li nkunu esposti għall-virus. 

L-istess miżuri ta’ iġjene, li bihom qed nippruvaw nilqgħu kontra l-COVID-19, ukoll japplikaw għall-influwenza.  Inqas ma niġu f’kuntatt mal-viruses, ikbar ikun iċ-ċans li neħilsu minn xi infezzjoni jew inkella din tkun  ħafifa. 

Il-miżuri jinkludu prekawzjonijiet ta’ iġjene  ġenerali bħal il-ħasil frekwenti tal-idejn u l-ilbies ta’ maskri protettivi. Id-diversi miżuri ta’ iġjene kontra l-COVID-19 ukoll se jkunu qed inaqqsu l-imxija tal-influwenza. Jista’ jkun li jiġu skoperti aktar konnessjonijiet ta’ natura immunoloġika 

Nittamaw li dan ikun  il-każ, għax l-istaġun tal-influwenza għadu bil-kemm beda.