“Il-gvernijiet u l-istituzzjonijiet Ewropej kollha huma taħt skrutinju kbir miċ-ċittadini. Ma nistgħux intawwlu l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet li huma meħtieġa. Għandna responsabbiltà li nadottaw ispons rapidu.

“Hemm bżonn li jintużaw l-għodod kollha disponibbli, b’mod partikolari għall-pjan ta’ rikostruzzjoni. Jeħtieġ li ngħinu l-irkupru tal-ekonomiji tagħna, biex nipproteġu l-assi tagħna, u fl-istess ħin, nerġgħu noħolqu lura l-impjiegi u l-opportunitajiet għat-tkabbir. Għandna nagħmlu dan flimkien. Ħadd ma jista’ jaħseb li jista’ jasal waħdu. Neħtieġu Pjan Marshall ġdid, iżda din id-darba iffinanzjat mill-Ewropa. Dan, naturalment, iġib miegħu sfidi, għaliex irridu nagħmluh flimkien u fi spirtu ta’ solidarjetà b’saħħitha.

“Fid-diskors tiegħi llum, spjegajt quddiem il-Kapijiet ta’ Stat u ta’ Gvern il-ħtieġa li noħorġu minn din il-kriżi b’rispons reali tal-Komunità Ewropea. Irridu noħorġu minnha b’Ewropa aktar b’saħħitha u aktar komunitarja. Ewropa li fiha jinqasmu l-isforzi. Dan huwa partikolarment importanti għal dawk il-pajjiżi li ma jistgħux jaffordjaw li jġorru l-piż ta’ dan l-isforz ta’ rikostruzzjoni b’defiċits ulterjuri.

“Aħna favur ħafna l-bonds ta’ irkupru bħala għodda biex jiġi ffinanzjat dan l-isforz ta’ rikostruzzjoni. Diġà għamilna proposti ambizzjużi iżda llum naħseb li il-mexxejja jeħtieġ li jkunu saħansitra aktar ambizzjużi.”