It-tfaqqigħ tal-Coronavirus jippreżenta sfida prinċipali lill-UE, peress li l-istati membri kollha jinsabu minn ta’ quddiem biex jiġġieldu din il-pandemija. Għalhekk, l-UE qed tiffoka fuq ir-responsabbiltà u s-solidarjetà bejn l-istati membri tagħha permezz ta’ pjan ta’ azzjoni kollettiv u koordinat li jpoġġi fil-mira l-kontroll tal-virus, sabiex jgħin lill-pazjenti u biex jikkumbatti l-problemi ekonomiċi.

Fit-13 ta’ Marzu 2020, il-Kummissjoni Ewropea pproponiet it-twaqqif tal-Inizjattiva ta’ Investiment kontra l-Coronavirus (CRII) biex tinvesti €37 biljun taħt il-politika ta’ Koeżjoni fil-ġlieda kontra l-kriżi tal-Coronavirus. Il-proposta tal-Kummissjoni għall-CRII ġiet addottata kemm mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-UE.

L-iffinanzjar permezz tal-CRII se jiffoka fuq (i) l-ispiza tas-saħħa relatata mal-Coronavirus f’xi parti tal-istati membri, bħalma hu t-tagħmir tal-isptar, inhalators u maskri; (ii) appoġġ lill-intrapriżi żgħar u medji (SMEs); u (iii) skemi tax-xogħol għal perijodu qasir.

It-tfaqqigħ tal-Coronavirus ħoloq sitwazzjoni eċċezzjonali li teħtieġ tiġi indirizzata b’miżuri speċifiċi biex jappoġġjaw u jipproteġu l-ekonomiji, il-kumpaniji u l-ħaddiema tal-istati membri. Il-CRII hi biss waħda mill-miżuri li qed ikunu kkunsidrati fuq livell Ewropew biex tassisti lill-istati membri fil-ġlieda kontra l-virus u l-konsegwenzi tiegħu.