L-Awtorita’ Ewropea tax-Xogħol u n-Numru Ewropew tas-Sigurta’ Soċjali
Il-Kummissjoni Ewropea nediet konsultazzjoni pubblika sabiex tiġbor l-opinjonijiet mill-pubbliku dwar it-twaqqif ta’ Awtorita’ Ewropea tax-Xogħol u l-introduzzjoni ta’ Numru Ewropew tas-Sigurta’ Soċjali.
L-Awtorita’ Ewropea tax-Xogħol għandha tassigura li r-regolamenti tal-UE dwar il-mobbilta’ tax-xogħol ikunu infurzati b’mod ġust, sempliċi u effettiv. Tista’ ukoll issaħħaħ l-aċċess tal-informazzjoni għall-awtoritajiet pubbliċi u ħaddiema mobbli u ssaħħaħ it-trasparenza dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-ħaddiema.
Min-naħa l-oħra, in-Numru Ewropew tas-Sigurta’ Soċjali (ESSN) għandu l-għan li jissimplifika u jimmodernizza l-interazzjoni taċ-ċittadini b’amministrazzjonijiet f’firxa ta’ policies. Tista’ tiffaċilita proċeduri amministrattivi għaċ-ċittadini billi jsaħħu l-użu ta’ għodda diġitali.
Iż-żewġ inizjattivi tħabbru mill-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker fl-indirizz tiegħu tal-Istat tal-Unjoni 2017. Fil-fatt, il-President Juncker stqarr li r-regolamenti tal-UE dwar il-mobbilta’ tax-xogħol għandhom ikunu infurzati b’mod ġust, sempliċi u effettiv. Għaldaqstant, hu ppropona li Awtorita’ Ewropea tax-Xogħol titwaqqaf sabiex issaħħaħ il-koperazzjoni bejn l-awtoritajiet dwar is-suq tax-xogħol fil-livelli kollha filwaqt li sitwazzjonijiet bejn fruntiera u oħra jkunu mmexxija aħjar. Proposti leġislattivi għaż-żewġ inizjattivi se jitħabbru fil-Programm tax-Xogħol tal-Kummissjoni Ewropea għall-2018 u mistennija jkunu ppreżentati sar-Rebbiegħa tas-sena d-dieħla.
Iż-żmien għall-konsultazzjoni pubblika fuq l-internet hu sas-7 ta’ Jannar 2018 u l-kwestjonarju jista’ jinkiseb billi tagħfas hawn.