It-tisħiħ tad-drittijiet u kundizzjonijiet tal-ħaddiema
L-UE qed tħares li tissokta biex tagħti prijorità lid-drittijiet u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema madwar l-istati membri, fejn qed tagħti importanza lill-ħarsien soċjali bħala l-pedament tal-valuri Ewropej.
Dan qed isir permezz tal-introduzzjoni, fl-2019, tal-liġijiet tax-xogħol li jinkludu l-prerekwiżiti minimi dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol, kif ukoll informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tal-impjieg.
Il-kundizzjonijiet tax-xogħol jinkludu livelli komuni dwar il-ħinijiet tax-xogħol, li jistabbilixxu ġimgħa massima ta’ xogħol ta’ 48 siegħa, leave annwali mħallas ta’ erba’ ġimgħat, u regolamenti dwar ix-xogħol ta’ bil-lejl u xogħol bix-xift biex ikunu indirizzati l-possibbiltajiet ta’ sfruttar.
Aktar regolamenti wkoll jolqtu l-mobbiltà tal-ħaddiema fi ħdan l-UE, kif ukoll is-saħħa u s-sigurtà fil-post tax-xogħol. Ir-regolamenti tal-UE dwar il-mobbiltà jassiguraw li l-ħaddiema jistgħu jaħdmu fi stati membri oħrajn mingħajr ma jitilfu d-drittijiet tagħhom sabiex igawdu l-benefiċċji soċjali. Addizzjonalment, ir-regolamenti jistabbilixxu prinċipji ġenerali biex jassiguraw livelli minimi ta’ saħħa u sigurtà.
Minbarra l-policies b’saħħithom tagħha dwar id-drittijiet tal-ħaddiema u l-ġustizzja soċjali, l-UE tibqa’ tippromwovi l-importanza tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja, l-adozzjoni ta’ sett ta’ regoli ġodda sabiex il-ġenituri u l-ħaddiema jitħallew jieħdu ħsieb il-qraba b’kundizzjonijiet mediċi serji ħalli jgawdu bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja.