Is-sabiħ li tagħti
F’dawn iż-żminijiet ekonomiċi dejjem jinbidlu, kulħadd jistaqsi għall-għajnuna f’xi forma jew oħra. Hemm ħafna raġunijiet biex tagħti daqs kemm hemm modi biex tagħti.
Xi persuni jagħtu għar-rikonoxximent. Oħrajn jagħtu imma jippretendu li jitħallsu jew li jiġu ringrazzjati – jagħtu biex jaqilgħu. Xi nies jippreferu jqattgħu esperjenza prattika u jkunu ġenerużi b’ħinhom. Oħrajn iħobbu jagħtu b’mod anonimu u ma jridu ebda rikonoxximent.
Persuni li verament jixtiequ jtejbu l-arti li tagħti, jagħtu mit-tjubija ta’ qalbhom b’ebda motiv biex jinqdew lura. Li tagħti ssir grazzja għal min jagħti u min jirċievi.
Hi fin-natura tagħna li temmen biex tgħid, “Meta jkolli iżjed nagħti”. Jekk tiġi b’din il-mentalita’ mela qatt ma jkollok biżżejjed milli għandek biex tagħti.
Il-ġenerożita’ hi għażla li hi sewwa u tagħmlek kuntent. Dawn li ġejjin huma rigali li għandna lkoll u li jistgħu jgħinu lil ħaddieħor.
Agħti mit-talenti tiegħek – Agħti siegħa minn ħinek biex tassisti lil xi ħadd. Tista’ tieħu ħsieb lit-tfal jew lill-anzjani? Jew għandek ħiliet ta’ manutenzjoni fid-dar?
Agħti d-demm – Salva ħajja. Issib li min jagħti d-demm iħossu kuntent u kburi bih innifsu għax ikun għen lil ħaddieħor.
Agħti lilek innifsek – Agħmel lil xi ħadd iħossu maħbub, speċjali u apprezzat bi żjara, telefonata, email, SMS jew kartolina. Agħti oġġett magħmul minnek personalment. Faħħar lil xi ħadd, irringrazzja jew apprezza l-azzjonijiet ta’ ħaddieħor.
Għolli l-morall ta’ xi ħadd – Meta tiltaqa’ ma’ xi kwotazzjoni jew aħbar tajba, aqsamha u għaddiha lil ħaddieħor. B’hekk tkun qed tgħolli l-morall ta’ dak li jkun. Illum noti u kartolini b’noti miktuba bl-idejn huma rigali rari.
Agħti r-rigal tat-tbissim u d-daħk – Id-daħk iġib is-saħħa u l-kuntentizza lill-oħrajn. Joffri benefiċċji fiżjoloġiċi, psikoloġiċi u spiritwali. Idħaq u idħaq spiss ma’ kulħadd.
Agħti invit – Li tkun mistieden għal kull tip ta’ avveniment ifisser li n-nies iridu jkunu miegħek. Meta tistieden lil xi ħadd f’ħajtek tkun qed tgħid, “Irrid inqatta’ ftit ħin miegħek, inti importanti għalija”.
Agħti parir tajjeb – Staqsi l-mistoqsija, “Inti trid parir jew tixtieqni nisma’. Jekk għandek bżonn lil xi ħadd, il-parir jista’ jsalvak. Il-qsim tal-ideat u l-għerf hu rigal prezzjuż.
Agħti kuraġġ – Meta n-nies ikunu mimlija bid-dubju u bil-biża’, ikunu nieqsa mill-kuraġġ. Meta tispira u timmotiva lil xi ħadd biex jaġixxi fuq il-ħolm tiegħu, tista’ tbiddel il-ħajja ta’ dak li jkun. Tkun qed tagħmel id-dinja aħjar milli hi.
Aħfer – Il-maħfra toffri l-fejqan lill-kollegi tiegħek fil-post tax-xogħol. Aħfer lilek innifsek u lill-oħrajn minkejja memorji ta’ żminijiet ħżiena. Insa x’għamlulek u x’għamilt int u t-tifsira li tajt lid-diżgwid.
Agħti ġest ta’ tjubija – It-tjubija hi l-aktar rigal faċli u abbundanti li nistgħu nagħtu. It-tjubija ġġib kuntentizza lil min jagħti, lil min jirċievi u lil min ikun xhud tal-azzjoni.