Il-Parlament jikkundanna l-mewt ta’ Mahsa Amini fl-Iran u jitlob sanzjonijiet tal-UE kontra l-qattiela tagħha u dawk involuti fit-tneħħija tal-protesti li rriżultaw fit-toroq.

F’riżoluzzjoni il-Parlament qali li qed isegwi l-iżviluppi fl-Iran wara l-mewt tal-mara Kurda Iranjana ta’ 22 sena, Mahsa Amini, f’idejn il-pulizija tal-pajjiż u d-dimostrazzjonijiet sussegwenti fit-toroq kontra r-reġim klerikali aħrax.

Il-MPE jikkundannaw bil-qawwa l-mewt tas-Sinjura Amini u jappellaw għal investigazzjoni imparzjali, effettiva u fuq kollox indipendenti dwar it-trattament ħażin tagħha u l-qtil traġiku. Arrestata mill-pulizija fit-13 ta’ Settembru talli allegatament injorat il-liġijiet stretti tal-Iran kontra l-velu, mietet fi sptar ta’ Tehran tlett ijiem wara b’riżultat ta’ abbuż fiżiku waqt li kienet fil-kustodja.

L-UE għandha tissanzjona lill-uffiċjali Iranjani involuti fir-repressjoni tar-reġim

Filwaqt li esprima l-appoġġ qawwi tiegħu għall-moviment ta’ protesta paċifika fl-Iran, u b’mod partikolari n-nisa żgħażagħ li qed imexxu u jipparteċipaw fid-dimostrazzjonijiet, il-Parlament jikkundanna bil-qawwa l-użu mifrux u sproporzjonat tal-forza mill-forzi tas-sigurtà Iranjani kontra l-folol, li s’issa rriżulta f’ħafna vittmi. Il-MPE jappellaw ukoll lill-awtoritajiet tal-pajjiż biex jeħilsu lil kull min ġie arrestat f’dawn il-protesti immedjatament u mingħajr kundizzjonijiet, u jwaqqgħu kwalunkwe akkużi kontrihom, kif ukoll id-difensuri l-oħra kollha tad-drittijiet tal-bniedem.

Ir-riżoluzzjoni tħeġġeġ lill-UE biex tissanzjona l-uffiċjali Iranjani involuti kemm fil-mewt ta’ Mahsa Amini kif ukoll fil-vjolenza kontra d-dimostranti, taħt ir-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem.


Investigazzjoni tan-NU dwar l-avvenimenti fl-Iran

Il-Parlament jistieden ukoll lin-Nazzjonijiet Uniti, u b’mod partikolari lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tagħha, biex jibdew investigazzjoni dwar l-avvenimenti reċenti fl-Iran. Il-MP jħeġġu wkoll lill-istati membri tal-UE, permezz tal-preżenza diplomatika fil-pajjiż, biex jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom sabiex jipproteġu d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, b’mod partikolari d-difensuri tad-drittijiet tan-nisa, u ċ-ċittadini b’ċittadinanza doppja tal-UE u l-Iran.