Il-protezzjoni tal-konsumatur: regolamenti mifruxin għal dawk li ġew mibjugħa prodott difettuż
L-Ewro Parlamentari approvaw sett ta’ regolamenti sabiex jassiguraw lill-konsumaturi li jixtru fuq l-internet jew wiċċ imb’wiċċ f’ħanut lokali jiksbu r-rimedji li huma intitolati għalihom jekk jixtru prodott difettuż.
L-abbozz ta’ liġi dwar il-bejgħ ta’ oġġetti tanġibbli jimmira biex jelimina l-ostakli li joħorġu minn differenzi f’liġijiet tal-kuntratti nazzjonali, li jxekklu l-kummerċ bejn pajjiż u ieħor. L-abbozz ta’ liġi jarmonizza ċertu drittijiet kontrattwali, bħalma huma rimedji disponibbli għall-konsumatur jekk prodott ma jaħdimx sew jew huwa difettuż u l-modi kif jintużaw ir-rimedji.
Ir-regolamenti proposti japplikaw kemm għal bejgħ ta’ oġġetti fuq l-internet le, eżempju, jekk konsumatur jixtri apparat tad-dar, ġugarell jew kompjuter permezz tal-internet jew minn ħanut.
X’għandek tagħmel jekk xi ħaġa tmur żmerċ
L-Ewro Parlamentari jridu jassiguraw livell għoli ta’ protezzjoni lill-konsumatur madwar l-UE u biex joħolqu ċertezza legali għal negozji li jixtiequ jbigħu l-prodotti tagħhom fi stati membri oħrajn.
L-abbozz ta’ direttiva jinkludi regoli fuq, fost oħrajn, rimedji disponibbli lill-konsumatur, l-oneru tal-prova u l-obbligi tan-negozjant.
L-Ewro Parlamentari jridu jiggarantixxu li:
Meta prodott ikun difettuż, il-konsumatur ukoll l-għażla ħielsa bejn li jiġi msewwi jew mibdul, bla ħlas;
- Il-konsumatur ikun intitolat għal tnaqqis immedjat fil-prezz jew it-tmiem tal-kuntratt u li jieħu lura flusu f’ċertu każijiet, eżempju, jekk problema tibqa’ tippersisti minkejja l-isforzi tal-bejjiegħ biex isewwi l-prodott, jew jekk ma ssirx fi żmien xahar u mingħajr ebda inkonvenjenza sinifikattiva lill-konsumatur;
- Sabiex ikun assigurat livell għoli tal-protezzjoni lill-konsumatur, stati membri jistgħu jmantnu jew jintroduċu fil-provvedimenti tal-liġijiet nazzjonali tagħhom jew rimedji għal “difetti moħbija” u fi żmien qasir id-dritt li tirrifjuta (ittemm il-kuntratt);
- Sa sena wara x-xiri tal-prodott, ix-xerrej ma jkollux għalfejn juri li l-oġġett kien difettuż malli ġie fil-pussess tiegħu. Bħala eżempju, bħalissa, jekk konsumatur jiskopri li prodott li xtara aktar minn sitt xhur ilu hu difettuż u jitlob lill-bejjiegħ biex isewwihulu jew jibdlu, hu jista’ jintalab biex juri bħala prova li d-difett eżista mal-wasla tiegħu. Skont ir-regoli proposti, tul perijodu ta’ sena, il-konsumatur jkun kapaċi jitlob għal rimedju mingħajr ma jkollu jipprova li d-difett eżista mal-wasla tiegħu;
- Il-bejjiegħ ikun responsabbli jekk id-difett jidher f’temp ta’ sentejn miż-żmien li l-konsumatur irċieva l-prodott (l-istati membri jistgħu, madankollu, iżommu perijodu itwal ta’ garanzija fil-liġijiet nazzjonali tagħhom, sabiex jippreservaw livell ta’ protezzjoni lill-konsumatur diġa’ mogħti f’xi pajjiżi).
Il-passi li jmiss
Il-mandat sabiex jibdew in-negozjati mal-Kunsill tal-UE kien approvat mis-Suq Intern u mill-Kumitat għall-Protezzjoni tal-Konsumatur bi 30 vot favur, ħames voti kontra u astensjoni waħda. Il-Kunsill (l-istati membri) għad irid jaqbel mal-pożizzjoni tiegħu.