Il-MEUSAC ikompli jassisti lil organizzazzjonijiet lokali sabiex japplikaw għal fondi Ewropej
Il-MEUSAC jassisti organizzazzjonijiet lokali biex jisfruttaw fondi Ewropej. Jgħin lill-entitajiet biex jiżviluppaw il-proposti għall-proġetti tagħhom u jtemm il-formola tal-applikazzjoni relevanti. Dan is-servizz għadu għaddej minkejja s-sitwazzjoni kurrenti tal-COVID-19.
Minkejja li l-pandemija tal-Coronavirus ħolqot problemi f’diversi setturi, fondi Ewropej taħt programmi differenti ta’ fondi għadhom disponibbli u entitajiet lokali jistgħu jkomplu japplikaw għal tali opportunitajiet ta’ fondi.
Id-dati ta’ diversi sejħiet għall-fondi ġew estiżi ssabiex jipprovdi aktar żmien għal applikanti prospettivi biex jippreżentaw il-proposti tagħhom. Madankollu, għal ċertu programmi ta’ fondi Ewropej il-metodu għas-sottomissjoni tal-formola tal-applikazzjoni relevanti ġiet modifikata sabiex is-sottomissjoni ssir onlajn milli bil-kitba.
Il-MEUSAC ukoll joffri sessjonijiet fil-Bini tal-Kapaċità f’suġġetti relatati mal-fondi Ewropej. Minħabba s-sitwazzjoni kurrenti, l-ewwel żewġ sessjonijiet fil-Bini tal-Kapaċità għal din is-sena se jsiru onlajn nhar il-Ħamis 28 u l-Ġimgħa 29 ta’ Mejju 2020. Is-suġġett ta’ dawn is-sessjonijiet se jkun l-Iżvilupp tal-Proġett u l-gruppi li jistgħu jkunu interessati jinkludu NGOs, kunsilli lokali u entitajiet pubbliċi oħrajn.
Jekk teħtieġ aktar informazzjoni dwar kif il-MEUSAC jista’ jgħin lill-organizzazzjoni tiegħek biex japplika għal fondi Ewropej jew fuq is-sessjonijiet għall-Bini tal-Kapaċità li se jsiru matul ix-xahar ta’ Mejju, ikkuntattja lill-MEUSAC fuq info@meusac.gov.mt jew fuq 22003303.