Għaliex nistennew?
Sew jekk nistennew biex inżuru lil xi ħadd minn tal-familja, jew nistennew biex imorru fuq btala jew nistennew għat-tmiem tal-pandemija, il-fatt li nistennew saret l-ordni tal-ġurnata. L-istennija hija ħin mitluf u aħna nitolbu ħlas għall-ħin fi flus.
L-espressjoni “il-ħin huwa prezzjuż” ġejja minn Benjamin Franklin, wieħed mill-fundaturi tal-Istati Uniti. Mhux ta’ b’xejn li l-kunċett ta’ stennija għandha konnotazzjoni negattiva. L-istennija, skont l-esperjenza kollettiva fil-kultura tal-Punent, hija kunsidrata bħala impożizzjoni. Kulmin irid jistenna għal xi appuntament isir bla paċenzja, xi kultant jirrabja u fil-każ estrem ikun aggressiv. Apparentament, iż-żmien ta’ l-istennija mhux xi ħaġa pjaċevoli. Minflok nieħdu gost biha, issir tortura.
Kemm jekk inkunu qed nistennew biex nidħlu għand it-tabib jew f’kamra tal-konferenzi, l-istennija tagħmel lil dak li jkun qisu qed jiġi kkontrollat. Min iġiegħel lil ħaddieħor jistenna għandu s-setgħa fuqhom. Li ġġiegħel lin-nies jistennew isir strument ta’ setgħa. Meta nistennew, aħna direttament nesperjenzaw il-passa taż-żmien. Minn banda, aħna nilmentaw għax m’għandniex biżżejjed ħin u spiss nixtiequ li ma jkollniex x’nagħmlu, li jkollna l-waqfiet. Imma l-mument li xi ħadd ieħor iħallina nistennew, bl-ebda mod ma nieħdu pjaċir.
X’hemm wara stennija? Huwa minnu li l-istennija hija xi ħaġa li aħna nagħmlu ta’ kuljum. Imma l-istennija mhix biss stennija. Ejja nieħdu, per eżempju, mużiċist li qed jistenna biex iddoqq in-noti f’kompożizzjoni. Il-perċezzjoni tiegħu hija ffukata u mhux sempliċiment wieqfa. Uħud minna jistennew għal żminijiet aħjar, jew għal tarbija biex titwieled. It-tfal, per eżempju, jistennew għeluq sninhom jew il-Milied. Għal uħud, l-istennija hija rigal ta’ antiċipazzjoni, iġġib sens ta’ pjaċir u tħossok tajjeb.
Is-soċjetà tagħna għandha relattivament ftit oqsma ta’ ħajja li m’humiex imċappsa mill-kunċett ‘li ż-żmien huwa prezzjuż’. F’kulturi oħrajn, l-esperjenza taż-żmien huwa kompletament differenti.
Fl-aħħar mill-aħħar, il-mod kif nesperjenzaw iż-żmien jiddependi fuq x’nassoċjaw mal-istennija. Nassumu li lkoll kemm aħna norganizzaw il-ħin, madankollu l-istennija hija xi ħaġa fejn iż-żmien jiġi fuqek u inti tistaqsi: x’hemm pjanat għalija f’esperjenzi u possibiltajiet?