Il-projezzjoni ta’ hawn fuq hija bbażata fuq:

·  riżultati finali minn 17-il stat membru: l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, iċ-Ċekja, id-Danimarka, il-Finlandja, il-Kroazja, Ċipru, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Irlanda, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, il-Polonja, is-Slovakkja

·  riżultati proviżorji min 10 stati membri: l-Estonja, l-Ungerija, l-Italja, il-Latvja, l-Olanda, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, Spanja, l-Iżvezja.

Iċ-ċifri preliminari jissuġġerixxu estimu ta’ rata ta’ parteċipazzjoni (turn out) madwar l-UE ta’ 51.08%.

Il-projezzjonijiet tal-kompożizzjoni tal-Parlament huma bbażati fuq l-istruttura tal-Parlament uxxenti u l-gruppi politiċi tiegħu, mingħajr preġudizzju għall-kompożizzjoni tal-Parlament li jmiss fis-sessjoni kostituttiva tiegħu.

Il-partiti nazzjonali kollha mingħajr affiljazzjoni uffiċjali attwali u li m’humiex parti mill-“Mhux allinjati” fil-Parlament attwali huma assenjati f’kategorija ta’ parteċipazzjoni msejħa “Oħrajn”, irrispettivament mill-orjentazzjoni politika tagħhom.

Il-projezzjonijiet tas-siġġijiet se jkomplu jiġu aġġornati u ppubblikati fuq https://results.elections.europa.eu fejn tista’ ssib ukoll ir-riżultati nazzjonali, is-siġġijiet skont il-grupp politiku u l-pajjiż, it-tqassim skont il-partiti nazzjonali u l-gruppi politiċi u l-parteċipazzjoni (it-turn out) Se tkun tista’ wkoll tqabbel ir-riżultati, tiċċekkja l-maġġoranzi jew toħloq il-widget tiegħek.

Projezzjoni tas-siġġijiet għall-Parlament Ewropew il-ġdid