Appoġġ lill-organizzazzjonijiet żgħar biex jaħsdu l-benefiċċji mis-sħubija ta’ Malta fl-UE
Servizzi Ewropej f’Malta (SEM) assistiet lill-Fondazzjoni Teresa Nuzzo biex tapplika għall-fondi tal-UE permezz tal-programm LEADER biex jiġu restawrati l-aperturi tal-injam tad-Dar storika ta’ San Ġużepp fiż-Żejtun. Wara li l-proġett irċieva finanzjament b’suċċess, SEM kompliet tipprovdi appoġġ fl-implimentazzjoni ta’ dan il-proġett.
Il-Fondazzjoni Teresa Nuzzo hija organizzazzjoni mhux governattiva mwaqqfa għal skopijiet filantropiċi bħal biex tappoġġja nies fil-bżonn, tipprovdi appoġġ spiritwali u twaqqaf u tmexxi ċentri ta’ kura matul il-ġurnata u skejjel.
Il-Fondazzjoni qed tiġi appoġġata mill-SEM biex tifhem u tikkonforma mat-termini u l-kundizzjonijiet li joħorġu mill-fondi tal-UE mogħtija lill-proġett tagħhom. Billi l-fondi tal-UE huma fondi pubbliċi, dan jinkludi miżuri biex ikun żgurat valur għall-flus għall-akkwist ta’ servizzi ta’ restawr professjonali għal dan il-proġett. SEM qed tiggwida wkoll lill-Fondazzjoni biex iżżomm kont tal-iskadenzi tal-proġetti u r-rekwiżiti tar-rappurtar.
Is-servizzi SEM huma mogħtija minn tim professjonali impenjat li jagħti servizz effiċjenti u personalizzat.
Għal aktar informazzjoni dwar kwistjonijiet relatati mal-UE, inkluż finanzjament LEADER u kif l-organizzazzjoni tiegħek tista’ tibbenefika mis-servizzi tal-SEM, jekk jogħġbok ikkuntattjana fuq 2200 3300, info.sem@gov.mt jew permezz tal-websajt tagħna sem.gov.mt.