Il-btajjel tas-sajf: l-Ewro Parlamentari jitolbu iżjed ċarezza għat-turiżmu fil-kriżi tal-COVID-19
Il-Kumitat tat-Trasport u t-Turiżmu fi ħdan il-Parlament Ewropew iddiskuta, fil-jiem li għaddew, il-gwida tal-Kummissjoni Ewropea dwar kif għandu jitkompla l-ivjaġġar b’mod sikur u tippermetti lin-negozji tat-turiżmu biex jiftħu mill-ġdid:
Tisħiħ fit-turiżmu: L-Ewro Parlamentari saħqu dwar il-ħtieġa li jkun hemm fiduċja mill-ġdid fi vjaġġar sikur permezz ta’ miżuri addizzjonali konkreti, hekk kif is-sitwazzjoni bħalissa għadha inċerta minkejja l-pakkett propost. Il-Kummissjoni ħabbret li website dwar għażliet ta’ btala sikura se tkun disponibbli fil-ġimgħat li ġejjin.
Diffikultajiet finanzjarji: Ħafna Ewro Parlamentari qajmu l-kwistjoni ta’ telfien ta’ impjiegi kbar, riskju ta’ fallimenti fis-settur, u kkummentaw għan-nuqqas ta’ għajnuna konkreta u appoġġ finanzjarju speċifiku għal perijodu qasir kif ukoll il-ħtieġa ta’ budget fit-tul.
Tħassib dwar is-sigurtà: B’diversi mistoqsijiet dwar il-bidu mill-ġdid tat-turiżmu b’mod sikur fl-UE, il-Kummissjoni rrimarkat li l-kooperazzjoni bejn l-istati membri tjiebet u r-rilaxx tar-restrizzjonijiet fl-ivjaġġar, inkluż il-ftuħ tal-fruntieri, għandu jkun ibbażat fuq kriterji stabbiliti u protokolli b’saħħithom dwar is-saħħa. Il-Kummissjoni qed tinkoraġġixxi lill-istati membri biex jintroduċu skemi ta’ ċertifikazzjoni għal vjaġġar sikur. Azzjoni simili fuq livell Ewropew, madankollu, mhux se tkun vijabbli qabel dan is-sajf.
Id-drittijiet tal-passiġġieri: L-Ewro Parlamentari saħqu li r-regolamenti għar-rimborżi qed ikunu indirizzati wisq spissi fl-istati membri differenti. Il-Kummissjoni assigurat lill-Ewroparlamentari li huma qed isegwu l-kwistjoni mill-qrib u l-passiġġieri jżommu d-dritt għal rimborżi fi flus kontanti.