Bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja fl-UE
Wara l-irtirar tad-Direttiva dwar il-Leave tal-Maternita’, il-Kummissjoni ddeċidiet li tieħu linja aktar wiesgħa biex tindirizza n-nuqqas ta’ rappreżentazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol. L-iskop ta’ din l-inizjattiva hu biex tingħaqad ma’ waħda mill-miżuri tal-Pilastru Ewropew dwar id-Drittijiet Soċjali: l-Inizjattiva tal-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja. Din tindirizza l-isfidi tal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja li l-ġenituri u l-carers li jaħdmu jiffaċċjaw ta’ kuljum.
Skont il-Kummissjoni, il-Komunikat: Inizjattiva biex tappoġġja l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja għal ġenituri u carers li jaħdmu jippreżenta pakkett komprensiv ta’ miżuri kumplimentari legali u ta’ policy, li jsaħħu lil xulxin.
Il-Kummissjoni wkoll aċċertat li timmodernizza il-qafas legali Ewropew eżistenti fil-qasam ta’ leave relatat mal-esiġenzi tal-familja u arranġamenti flessibbili tax-xogħol, bħal il-proposta għal Direttiva dwar il-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja għall-ġenituri u l-carers.
Barra minn hekk, sabiex tikkumplimenta l-proposta leġislattiva, l-inizjattiva tkopri sett ta’ miżuri mhux leġislattivi biex jappoġġjaw l-istati membri fil-kisba tal-miri komuni. Dawn jinkludu:
- l-assigurazzjoni fil-protezzjoni kontra d-diskriminazzjoni u t-tkeċċija għal ġenituri (inkluż nisa tqal u ħaddiema li jirritornaw minn leave) u l-carers;
- l-inkoraġġiment fl-użu bilanċjat tal-ġeneru ta’ leave relatat mal-familja u arranġamenti flessibbli ta’ xogħol;
- isir l-aħjar użu ta’ Fondi Ewropej biex jitjiebu s-servizzi għall-kura tat-tfal u oħrajn għal perijodu fit-tul;
- it-tneħħija ta’ disinċentivi ekonomiċi għal second earners li jipprevjenu lin-nisa milli jidħlu fis-suq tax-xogħol jew jaħdmu full-time.
Sors: Kummissjoni Ewropea, ix-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni