Bla dubju ta’ xejn, il-Brexit se jkollu effett sinifikanti fuq il-Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF) li jmiss li jkopri l-perijodu 2021-2027. Il-Budget tal-UE se jkun aktar affettwat b’riżultat tan-nuqqas tal-kontribut mir-Renju Unit li hu ta’ madwar €10 biljun. F’każ li  ma jkun hemm ebda  ftehim dwar il-Brexit se jkun hemm vojt kbir fil-budget tal-UE, anki fil-perijodu għall-fondi ta’ bħalissa bil-ħofra li hi stmata li hi madwar €14-il biljun. Għal Malta dan ikun ifisser żieda fil-kontribut nett tagħna ta’ madwar €6 miljun kull sena.  

Sabiex jiġġieldu dan fi ħdan il-ftehim tal-irtirar, kemm l-UE u r-Renju Unit innegozjaw qbil finanzjarju li se jkopri l-obbligi finanzjarji tar-Renju Unit taħt il-qafas finanzjarju preżenti. Jekk ir-Renju Unit jaqbel ma’ dan il-qbil u mal-ftehim għall-irtirar sussegwenti, se tiggarantixxi li l-proġetti u l-programmi kollha tal-UE ikunu finanzjati kif pjanat taħt il-MFF, dejjem jekk ikun hemm ċertezza lil benefiċjarji tal-UE u tar-Renju Unit. Konsegwentament, ikun hemm bżonn ta’ aktar kontribuzzjonijiet mill-istati membri biex ikopru l-ħtiġiet kurrenti tal-budget tal-UE. 

Għal iżjed informazzjoni dwar il-Brexit, irreferi għas-sit meusac.gov.mt jew ċempel fuq 22003300.