Żviluppi dwar il-Politika tat-Tfal madwar l-UE
Fit-13 ta’ Awwissu 2018, il-Pjattaforma Ewropea għall-Investiment fit-Tfal (EPIC) ippubblikat ir-rapport tematiku annwali, li jiffoka fuq bidliet dwar policies fuq it-tfal u l-familja fl-UE matul l-2017.
Ir-rapport jinnota numru ta’ żviluppi importanti fil-politika dwar it-tfal u l-familja, partikularment il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali b’rabta mat-twaqqif tal-qafas għal azzjonijiet leġislattivi ġodda biex ikunu miġġielda d-diversi sfidi li t-tfal Ewropej u l-familji tagħhom qed jaffaċċjaw illum. Jiffoka wkoll fuq is-sitwazzjonijiet ta’ tfal vulnerabbli, u fuq l-aspetti prinċipali relatati mal-iżvantaġġi soċjo-ekonomiċi.
Ir-rapport ukoll isib li d-direzzjoni tal-iżviluppi kurrenti fil-qasam tal-politika dwar it-tfal u l-familja hi bbażata fuq il-prinċipju tal-inklussivita’ u l-komunikazzjoni integrata, bil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jkun il-bidla prinċipali għal strutturi ta’ politika fl-2017. Referenza wkoll qed issir għall-inizjattiva ‘Skema ta’ Garanzija tat-Tfal għal Tfal Vulnerabbli’, li mistennija tkun mutur importanti għal bidla f’dan il-qasam ta’ politika fis-snin li ġejjin. Malta ngħatat predominanza fir-rapport għall-introduzzjoni tagħha ta’ miżuri ta’ politika mmirati fil-provvediment ta’ sigurta’ finanzjarja aħjar waqt il-leave tal-maternita’.