Unjoni Ewropea impenjata għall-prinċipju ta’ paga ugwali
Il-prinċipju ta’ paga ugwali għall-istess xogħol ilu mnaqqax fit-trattati tal-UE sa mill-1957 u hu inkorporat fil-Gender Equality Recast Directive (2006/54/EC) dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u trattament indaqs tan-nisa u l-irġiel f’oqsma tal-impjiegi u x-xogħol.
Għalkemm parti integrali tat-Trattati għal kważi 60 sena, l-applikazzjoni prattika tal-prinċipju tal-paga ugwali fl-istati membri kienet storikament waħda mill-aktar oqsma problematiċi (ċifri kurrenti jistmaw diskrepanza fil-pagi ta’ 16.3 fil-mija fl-UE u diskrepanza fil-paga ta’ 11.5 ffil-mija f’Malta).
Sabiex tindirizza l-ostakli u tipprovdi gwida lill-istati membri fil-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni tal-paga, fl-2010, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat l-Istrateġija għall-Ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2010-2015 u l-Impenn Strateġiku għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi 2016-2019 fl-2015. F’dan id-dokument, il-Kummissjoni enfasizzat il-ħtieġa li tkun integrata perspettiva dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-policies kollha tal-UE.
Sabiex tindirizza d-diskrepanza fil-paga bejn is-sessi u tagħmel il-prinċipju tal-ħlas ugwali bħala realta’, il-Kummissjoni qed tkompli timmonitorja lill-istati membri li jibqgħu konformi mal-prinċipju ta’ ħlas ugwali. In-nuqqas kontinwu ta’ progress viżibbli fil-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni fil-pagi, kif ukoll id-diskrepanza persistenti fil-pagi bejn is-sessi, jitlob għal bżonn possibbli ta’ aktar miżuri mmirati f’livell Ewropew.