Mhux kulħadd qed jintlaqat l-istess mill-pandemija
Il-kriżi tal-COVID-19 fissret bidla ekonomika kbira, minn kif u fejn wieħed jaħdem sa min, wara kollox, imur għax-xogħol. Għalhekk, għal ħafna ħaddiema li jaħdmu mid-dar, il-kwistjoni hi dwar jekk u meta se nirritornaw fl-uffiċċju. Imma din il-kriżi wkoll qalbet il-ħajja personali tagħna ta’ taħt fuq, bl-iskala kbira tal-bidla toħloq l-istress.
Riċerka li saret dan l-aħħar żvelat il-kobor tal-isfida għas-saħħa mentali tagħna. Minn tagħrif miġbur jirriżulta li perċentwal tal-popolazzjoni rrapporta sintomi ta’ depressjoni. Dan huwa ta’ min jagħti kasu. Ilkoll nafu li saħħa mentali fqira u d-dwejjaq jagħmluna inqas produttivi fix-xogħol u jikkontribwixxu għal inkwiet fir-relazzjonijiet ma’ tal-familja jew ma’ min ngħixu.
Kulħadd huwa milqut minn din il-pandemija iżda mhux kulħadd huwa affettwat l-istess. Għal dawk il-persuni bejn is-16 u l-40 sena, is-sintomi ta’ depressjoni f’din il-kategorija ta’ nies kważi ttripplat għal 30 fil-mija. Skont artiklu fir-rivista der Spiegel, riċerka fil-Ġermanja tagħti iżjed għarfien dwar x’qed joħloq din il-katastrofi, meta wieħed iqabbel l-għajxien tal-ġenituri u adulti oħrajn. Iż-żewġ gruppi ta’ nies kellhom xejriet simili qabel il-kriżi, iżda l-ġenituri raw tnaqqis kbir fil-well–being malli l-iskejjel u ċ-ċentri għall-ħarsien tat-tfal ingħalqu fl-ewwel mewġa tal-pandemija.
L-għajxien tal-ommijiet huwa l-aktar affettwat u għalkemm in-nisa kienu inqas probabbli li jitilfu l-impjieg tagħhom mill-irġiel, l-ommijiet li jaħdmu qed jagħmlu iżjed xogħol d-dar peress li ħafna qed jieħdu ħsieb lil uliedhom.
X’nitgħallmu minn dan kollu? Lura fl-iskola huwa kruċjali għall-futur ta’ uliedna, iżda hu wkoll kruċjali għall-ħarsien ta’ ħafna ġenituri issa u ‘l quddiem.