Is-servizz tad-delivery tal-ikel sar l-iktar prodott akkwistat permezz tal-internet, filwaqt li l-ħwejjeġ huma t-tieni l-aktar oġġett popolari. Din ix-xejra ħarġet minn ċifri ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) li tat ħarsa lejn l-użu tal-ICT mid-djar fl-2024.

Jirriżulta li l-ammont ta’ ordnijiet ta’ ikel mir-ristoranti u  ħwienet tal-fast food ammontaw għal 205,208 minn total ta’ 1,074,010 xirja online  – li jfisser 19%. Il-ħwejjeġ kienu t-tieni l-iktar oġġett popolari b’190,595 xirja jew 18% tat-total. Madankollu, hemm preferenzi ċari skont il-ġeneru, fejn il-kunsinni tal-ikel kienu l-għażla favorita fost l-irġiel, filwaqt li l-ħwejjeġ kienu l-iktar għażla preferuta fost in-nisa.

L-akbar differenza bejn is-sessi toħroġ fix-xiri ta’ roti, mopeds, karozzi jew partijiet tal-vetturi, fejn ix-xiri minn nisa kien tant baxx li n-numru tqies bħala mhux affidabbli. Dan ifisser li dawn l-oġġetti li ammontaw għal 25,750 xirja, inxtraw mill-irġiel biss.

Setturi oħra dominati mill-irġiel kienu prodotti tat-teknoloġija tal-informazzjoni (IT), bħall-kompjuters, tablets u mowbajls, fejn l-irġiel xtraw darbtejn aktar minn nisa. Min-naħa l-oħra, il-prodotti tas-sbuħija huma ferm aktar popolari fost in-nisa, b’dawn tal-aħħar jixtru t-tripplu tal-irġiel.

Servizzi li nxtraw bl-Internet

Fir-rigward tas-servizzi akkwistati bl-internet, l-aktar komuni kienu dawk tat-trasport bħal taxis, segwiti minn akkomodazzjoni bħal ma huma lukandi.

L-istħarriġ żvela li kważi l-individwi kollha bejn is-16 u l-44 sena użaw l-internet fl-2024. Min-naħa l-oħra, dawk bejn il–65 u l-74 sena irreġistraw l-inqas livelli ta’ użu tal-internet, b’70.2%. Minkejja dan, l-użu tal-internet f’Malta qabeż il-medja tal-UE b’0.5 punti perċentwali.

Il-metodoloġija tal-Istħarriġ

L-istħarriġ sar fost individwi bejn is-16 u l-74 sena li jgħixu fi djar privati. Il-kampjun kien ta’ 2,210 persuna li ntgħażlu b’mod sistematiku mill-NSO, u b’kollox inġabru 1,668 kwestjonarju bejn April u Ġunju 2024. Il-maġġoranza tal-istħarriġ sar permezz ta’ intervisti bit-telefon.

L-ikel mir-ristoranti l-iktar servizz popolari bl-internet